Proċedura : 2012/2572(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000014/2012

Testi mressqa :

O-000014/2012 (B7-0102/2012)

Dibattiti :

PV 13/03/2012 - 7
CRE 13/03/2012 - 7

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 193kWORD 27k
26 ta' Jannar 2012
O-000014/2012

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000014/2012

lill-Kunsill

Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura

Pervenche Berès, Marian Harkin

f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali


  Suġġett:  Id-deroga marbuta mal-kriżi tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

 Tweġiba fil-plenarja 

Il-Parlament Ewropew approva l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni tad-deroga marbuta mal-kriżi relatata mal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), li ġiet introdotta fl-2009 bħala parti mill-Pjan ta' Rkupru. L-FEG wera li huwa għodda utli fil-mitigazzjoni tar-riżultati tal-kriżi ekonomika u  għall-prevenzjoni ta' diżastri soċjali fuq livell lokali waqt li jipprovdi appoġġ għat-taħriġ u għat-taħriġ mill-ġdid ta' ħaddiema bil-għan li jerġa jintegrahom fl-impjieg f'kundizzjonijiet tax-xogħol diffiċli. Id-deroga żiedet il-flessibiltà tal-Fond u ntużat ħafna mill-Istati Membri - bejn l-2009 u l-2011, 67 minn 97 applikazzjoni talbu l-appoġġ tal-FEG fir-rigward tal-impatt tal-kriżi finanzjarja u ekonomika.

Peress li l-Kunsill tal-EPSCO ma laħqitx ftehim politika dwar il-proposta tal-Kummissjoni f'Diċembru 2011, l-Istati Membri mhux se jkunu jistgħu japplikaw għall-appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika dinjija kif inhu previst fl-Artikolu 1(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-iskadenza tad-deroga għandha tkun fil-kuntest tar-rati tal-qgħad dejjem jikbru u t-tnaqqis kontinwu fis-sitwazzjoni ekonomika fl-UE kollha. F'Diċembru 2011, il-Kummissjoni laqgħet 13-il applikazzjoni fl-ambitu tad-deroga marbuta mal-kriżi, fosthom 3 applikazzjonijiet minn pajjiż li jippartjeni għall-hekk imsejħa 'minoranza li timblokka' fil-Kunsill.

Imressqa: 26.1.2012

Mgħoddija: 27.1.2012

L-iskadenza għat-tweġiba: 17.2.2012

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza