Mistoqsija Parlamentari - O-000017/2012Mistoqsija Parlamentari
O-000017/2012

  Miżuri għar-Regolament dwar it-TAC u l-kwoti għall-2012 li jmorru lil hinn mill-ambitu tal-Artikolu 43(3) TFUE

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000017/2012
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Gabriel Mato Adrover
f'isem il-Kumitat għas-Sajd

Proċedura : 2012/2544(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000017/2012
Testi mressqa :
O-000017/2012 (B7-0033/2012)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fis-16/12/11, il-Kunsill laħaq ftehim politiku fejn jistabbilixxi opportunitajiet għas-sajd għas-sena ta’ wara – it-tielet Reg. dwar it-‘TAC u l-kwoti’ li għandu jiġi adottat sa mid-dħul fis-seħħ tat-TFUE, fuq il-bażi tal-Artikolu 43(3) tiegħu. Il-proċedura li għaliha jipprovdi dan l-Art., li ma tinvolvix lill-Parlament, tista’ tiġi applikata biss għas-sempliċi “ffissar u allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd” bl-esklużjoni tal-miżuri l-oħra kollha mmirati lejn il-kisba tal-objettivi tal-PKS, li għandha tiġi adottata skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja kif speċifikat fl-Artikolu 43(2). Madankollu, għat-tielet sena konsekuttiva, il-Kummissjoni għażlet li tipproponi, u l-Kunsill għażel li jadotta, fil-qafas tar-Regolament dwar it-TAC u l-kwoti, miżuri li b’mod ċar imorru lil hinn mill-ambitu tal-miżuri li huwa possibbli li jiġu adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 43(3), inklużi miżuri tekniċi importanti, bħaż-żoni u l-perjodi projbittivi jew restrittivi, il-fond tas-sajd ristrett, u l-ħtiġijiet speċifiċi relatati mat-tagħmir għas-sajd.

Imressqa: 26.1.2012

Mgħoddija: 30.1.2012

L-iskadenza għat-tweġiba: 6.2.2012