Il-firxa tal-marda Schmallenberg
27.2.2012
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000045/2012
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Patrick Le Hyaric, Takis Hadjigeorgiou, João Ferreira, Nikolaos Chountis
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Il-firxa tal-marda Schmallenberg, li tikkawża numru kbir ta' deformitajiet u twelid ta’ frieħ mejtin tan-nagħaġ, il-mogħoż u l-baqar, qed tinfirex madwar ħafna mill-pajjiżi tat-tramuntana tal-Ewropa fejn kienu rrapurtati każijiet fil-Ġermanja, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Belġju, fi Franza u fil-Gran Brittannja.
Din il-firxa ġdida u inkwetanti żżid mal-lista twila ta’ mard li laqat is-settur tan-nagħaġ u taċ-ċanga f'dawn l-aħħar snin: il-BSE, it-tuberkolożi tal-bovini, il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-virus tal-ilsien ikħal u issa l-marda Schmallenberg.
Filwaqt li l-virus Schmallenberg qed ikompli jinfirex fl-Ewropa, b’aktar minn 1200 farm attwalment milquta, għad hemm inċertezza, għalkemm ir-riskju huwa kkunsidrat baxx, dwar il-konsegwenzi possibbli għall-bniedem. B’mod speċifiku, id-Dipartiment tal-Agrikoltura Brittanniku dan l-aħħar irrakkomanda li l-bdiewa u l-veterinarji għandhom ikunu f’konformità mal-istandards l-iktar stretti dwar is-sikurezza u l-iġjene meta jiġu fil-kuntatt mal-annimali mrobbija u jwissi lin-nisa tqal sabiex ma jersqux viċin tal-annimali.
Peress li dan il-virus huwa tal-anqas perikoluż daqs il-virus tal-ilsien ikħal, u s’issa għad m’hemmx kura, x’azzjoni immedjata ħadet il-Kummissjoni sabiex tgħin lill-Istati Membri biex jindirizzaw din il-firxa u jipproteġu l-annimali u l-bnedmin?
X’miżuri qed jittieħdu sabiex tkun ikkontrollata u evitata l-firxa ulterjuri tal-marda fl-UE kollha?
F’liema stadju qiegħda r-riċerka għal kura għal dan il-virus?
L-annimali milquta minn dil-marda huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ importazzjoni jew esportazzjoni?
Imressqa: 27.2.2012
Mgħoddija: 29.2.2012
L-iskadenza għat-tweġiba: 7.3.2012