Il-Futur tad-Dritt Soċjetarju Ewropew
7.5.2012
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000110/2012
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Klaus-Heiner Lehne
f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Legali
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jilqa’ l-konsultazzjoni mnedija mill-Kummissjoni dwar il-futur tad-dritt soċjetarju Ewropew u l-intenzjoni tal-istess Kumitat li jħabbar inizjattivi ta’ segwitu fit-tieni nofs tal-2012. Id-dritt soċjetarju Ewropew huwa kruċjali għall-funzjonament effikaċi tas-suq uniku, u l-Unjoni Ewropea teħtieġ qafas ta' dritt soċjetarju li jkun adattat għat-tendenzi kurrenti, bħalma hija d-dimensjoni transfruntiera li qed tikber, l-iżvilupp ta' mudelli ġodda ta' negozju u bidlet fl-ambjent ekonomiku.
Imressqa: 7.5.2012
Mgħoddija: 9.5.2012
L-iskadenza għat-tweġiba: 16.5.2012