Kwoti Svizzeri dwar in-numru ta' permessi ta' residenza mogħtija liċ-ċittadini tal-Polonja, il-Litwanja, il-Latvja, l-Estonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija
16.5.2012
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000115/2012
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Cornelia Ernst
f'isem il-Grupp GUE/NGL
L-awtoritajiet Svizzeri fit-18 ta' April 2012 iddeċidew li jintroduċu kwoti fuq in-numru ta' permessi ta' residenza tal-kategorija B li jingħataw liċ-ċittadini ta' tmien pajjiżi tal-UE billi fakkru fil-klawsola ta' salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 10 tal-'Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni (FMP)' tal-1999, u billi rabtuha mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll tal-2004 għal dak il-Ftehim.
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Ftehim tal-1999 għat-tmien pajjiżi kkonċernati, kif previsti fil-Protokoll tal-2004, għadhom applikabbli? Jekk le, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-awtoritajiet Svizzeri għandhom id-dritt li jużaw il-Protokoll tal-2004 bħala l-bażi legali għall-introduzzjoni tal-miżura speċjali?
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, u tal-interpretazzjoni kjarament differenti tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet Svizzeri tat-18 ta' April 2012, il-Kummissjoni tqis li l-ftehim attwali dwar l-FMP huwa għodda suffiċjenti u effikaċi?
Il-Kummissjoni xi progress għamlet dwar dawn il-punti u x'inhu l-istat attwali tan-negozjati dwar ir-relazzjonijiet futuri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera?
Imressqa: 16.5.2012
Mgħoddija: 18.5.2012
L-iskadenza għat-tweġiba: 25.5.2012