Proċedura : 2012/2791(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000159/2012

Testi mressqa :

O-000159/2012 (B7-0367/2012)

Dibattiti :

PV 19/11/2012 - 18
CRE 19/11/2012 - 18

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 195kWORD 25k
13 ta' Settembru 2012
O-000159/2012

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000159/2012

lill-Kummissjoni

Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura

Klaus-Heiner Lehne, Luigi Berlinguer, Eva Lichtenberger, Francesco Enrico Speroni, Alexandra Thein, Tadeusz Zwiefka

f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Legali


  Suġġett:  Aċċettazzjoni tal-aċċessjoni ta' tmien pajjiżi terzi għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar aspetti ċivili tal-ħtif tat-tfal internazzjonali.

 Tweġiba fil-plenarja 

Il-Konvenzjoni tal-Aja dwar aspetti ċivili tal-ħtif tat-tfal internazzjonali tal-25 ta’ Ottubru 1980 hija ta’ importanza kbira, billi tistabbilixxi sistema li tippermetti r-ritorn malajr ta’ tfal maħtufin fil-pajjiż tagħhom ta’ residenza.

Sabiex tapplika din il-Konvenzjoni bejn stat aċċedenti u stat li ġa hu parti, l-aċċessjoni trid tkun aċċettata mill-istat li hu ġa parti.

Il-Kummissjoni tqis li l-UE kisbet kompetenza esterna esklussiva fil-qasam tal-ħtif internazzjonali tat-tfal, billi ġa teżerċita l-kompetenza interna tagħha f'dan il-qasam, l-aktar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ppreżentat tmien proposti għal deċiżjonijiet li jitolbu lill-Istati Membri jaċċetta, f'isem l-Unjoni, l-aċċessjoni ta' tmien pajjiżi terzi.

Il-Kunsill, b’danakollu, qiegħed bħalissa jimblokka dawn id-deċiżjonijiet u qed jirrifjuta li jikkonsulta lill-Parlament u b'hekk li jsir progress f’din il-kwestjoni, billi jidher li ma jaqbilx mal-prinċipji tad-deċiżjonijiet fuq bażijiet ġuridiċi.

Tista’ l-Kummissjoni jikkonferma li l-Unjoni għandha kompetenza esterna esklussiva f’din il-materja?

Tista’ l-Kummissjoni tagħti stima bejn wieħed u ieħor tal-għadd ta’ każijiet individwali ta’ ħtif internazzjonali tat-tfal li setgħu ntlaqtu ħażin b'dan id-dewmien, billi jitqies ukoll li r-Russja u l-Marokk – pajjiżi li magħhom għadd kbri ta' ċittadini tal-UE għandhom konnessjonijiet ta’ familja – huma tnejn mit-tmien pajjiżi inkwestjoni?

Taqbel il-Kummissjoni mal-firmatarji ta’ din il-preżenti mistoqsija li l-Kunsill għandu jneħħi l-oġġezzjonijiet ġuridiċi tiegħu għal dawn id-deċiżjonijiet u jippermettilhom ikunu approvati?

Imressqa: 13.9.2012

Mgħoddija: 17.9.2012

L-iskadenza għat-tweġiba: 24.9.2012

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN 
Avviż legali - Politika tal-privatezza