Medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali
12.10.2012
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000169/2012
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Klaus-Heiner Lehne
f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Legali
Il-Kumitati tal-Parlament li għandhom responsabilitajiet fil-qasam tal-medjazzjoni jilqgħu r-respons tal-Kummissjoni għall-evidenza kulma jmur qed tikber li d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali donnha għadha ’l bogħod milli tikseb l-objettivi dikjarati tagħha, jiġifieri: ‘li tiffaċilita l-aċċess għar-riżoluzzjoni alternattiva ta’ disputi u li tippromwovi r-riżoluzzjoni amikevoli ta’ disputi billi tinkoraġġixxi l-użu ta' medjazzjoni u billi tiżgura relazzjoni bilanċjata bejn il-medjazzjoni u l-proċedimenti ġudizzjarji’.
Tabilħaqq, kif muri mix-xogħol akkademiku u minn bosta studji, li wħud minnhom saru bil-kofinanzjament mill-Kummissjoni, il-għadd ta’ każijiet li saret il-medjazzjoni fihom għadu żgħir proporzjon żgħir ħafna tal-każijiet li dwar issir litigazzjoni fil-qorti. F’xi pajjiżi, dan il-perċentwal hu anqas minn 0.1 %.
Barra minn hekk, studju reċenti ppreżentat fil-Parlament wera li l-medjazzjoni, jekk użata b’mod estensiv, tista’ twassal għal tifdil sinifikattiv u rigorożament miżurabbli f’termini ta’ ħin u ta’ flus. B'mod partikolari, dan l-istudju wera li fl-UE, ukoll b’rata baxxa ħafna ta’ suċċess (madwar 25 %), il-medjazzjoni tiffranka kemm fil-ħin kemm fil-kostijiet, fil-medja.
Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq:
Imressqa: 12.10.2012
Mgħoddija: 16.10.2012
L-iskadenza għat-tweġiba: 23.10.2012