It-tħejjija tal-UE għal influss possibbli mis-Sirja ta' persuni li jfittxu ażil
18.10.2012
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000172/2012
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Nathalie Griesbeck, Renate Weber, Sir Graham Watson, Cecilia Wikström, Nils Torvalds, Baroness Sarah Ludford, Marielle de Sarnez, Sonia Alfano, Ramon Tremosa i Balcells, Edward McMillan-Scott, Marietje Schaake, Metin Kazak, Jan Mulder, Stanimir Ilchev
f'isem il-Grupp ALDE
Il-wegħdiet Ewropej biex jiġu appoġġjati n-nies fil-bżonn ta' kenn ġew, fiż-żminijiet riċenti, ittestjati darbtejn. L-UE kollettivament falliet dak it-test:
is-sena l-oħra, 700 000 persuna ħarbu mill-vjolenza fil-Libja; ħafna spiċċaw f'kampijiet tar-refuġjati fil-pajjiżi ġirien; mit-8 000 persuna identifikati min-Nazzjonijiet Uniti bħala persuni fil-bżonn partikolari ta' għajnuna, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea qablu biss li jirċievu 400, skont il-Kummissarju Cecilia Malmström; in-Norveġja, pajjiż mhux fl-UE, aċċettat waħedha kważi l-istess ammont;
Fl-2011, iktar minn 50 000 immigrant qasmu l-Baħar Mediterran f'bastimenti żgangati biex jaslu fl-UE; ħafna mietu jippruvaw, oħrajn waslu fil-gżira Taljana ta' Lampedusa jew f'Malta; il-pajjiżi l-oħra tal-UE ma ħadux il-pożizzjoni tagħhom biex jagħtu l-għajnuna: 300 refuġjat biss ġew rilokati minn Malta għal Stati Membri oħra.
Fis-Sirja, 230 000 refuġjat ħarbu lejn pajjiżi ġirien minn meta beda l-ġlied 18-il xahar ilu. Ma nistgħu naraw ebda tmiem fil-qrib għall-vjolenza, lanqas xi tama li tinstab soluzzjoni malajr għal dan il-kunflitt. It-Turkija bħalissa qed tipprova tlaħħaq ma' 80 000 refuġjat u 10 000 oħra, fil-bżonn urġenti tal-protezzjoni u għajnuna medika, qed jistennew fuq il-fruntiera tagħha.
L-UE għandha tibqa' soda fil-valuri tagħha ta' ftuħ u solidarjetà u tkun ta' għajnuna għas-Sirjani ppersegwitati minflok tħalli lill-pajjiżi ġirien jipprovaw ilaħħqu waħedhom ma' influss possibbli ta' persuni li jfittxu ażil.
Il-Kummissjoni kif qed tipprepara għall-possibilità li jaslu persuni jfittxu l-ażil mis-Sirja?
Imressqa: 18.10.2012
Mgħoddija: 22.10.2012
L-iskadenza għat-tweġiba: 29.10.2012