Mistoqsija Parlamentari - O-000211/2012Mistoqsija Parlamentari
O-000211/2012

  It-tkabbir fl-UE

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000211/2012
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Jürgen Creutzmann, Toine Manders, Nadja Hirsch, Phil Bennion
f'isem il-Grupp ALDE

Proċedura : 2012/2912(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000211/2012
Testi mressqa :
O-000211/2012 (B7-0551/2012)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-Kummissjoni għandha tressaq pjan ta' tkabbir u kompetittività ambizzjuż u komprensiv li jinkludi l-inizjattivi li ġejjin:

Nilliberaw il-potenzjal tas-suq uniku

  Ir-raġuni ewlenija għad-dewmien fit-tlestija tas-suq uniku hi li xi Stati Membri implimentaw id-direttivi Ewropej b'mod insuffiċjenti Għalhekk, kull meta jkun possibbli, il-leġiżlazzjoni tas-suq uniku għandha tkun imsejsa fuq regolamenti minflok fuq direttivi.

  Aħna nemmnu li l-attenzjoni tal-Kummissjoni fuq is-sħubija għall-governanza tas-suq uniku huwa ta' valur, iżda dan għandu jkun akkumpanjat minn attitudni riżoluta biżżejjed fir-rigward tal-infurzar li tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport Monti.

  Il-Kummissjoni għandha tressaq miżuri li huma ddisinjati li jiżguraw it-traspożizzjoni u l-interpretazzjoni korretta tad-Direttiva dwar is-Servizzi.

  L-SMEs għandhom ikunu l-objettiv ta' miżuri biex ikun liberat il-potenzjal tas-suq uniku permezz tal-applikazzjoni rigoruża tat-test tal-SMEs waqt l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-suq uniku.

Patt ta' Tkabbir Ewropew li jinvesti fit-tkabbir sostenibbli u fil-ħolqien tal-impjiegi

L-UE għandha tinvesti f'teknoloġiji u għarfien li jistgħu jappoġġaw bidla aktar malajr għal ekonomija moderna, sostenibbli u mingħajr l-użu ta' fjuwils fossili Dan jista' jkun jeħtieġ l-injezzjoni ta' kapital għall-Bank Ewropew ta' Investiment. L-istrumenti finanzjarji, bħal bonds għall-finanzjament ta' proġetti ('project bonds') jirrappreżentaw użu effikaċi tar-riżorsi finanzjarji għat-titjib tan-netwerks tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet fl-UE. Minbarra dan, jeħtieġ li jsir sforz akbar biex ikunu promossi r-riformi fis-suq tax-xogħol sabiex tiżdied il-produttività u l-effiċjenza tax-xogħol bil-għan li titjieb il-kompetittività tal-UE u jintlaħqu t-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi.

1.  Il-Kummissjoni lesta li tipproponi l-inizjattivi msemmija hawn fuq? Jekk le, għal liema raġuni?

2.  Il-Kummissjoni x'miżuri oħra se tipproponi biex ittejjeb it-tkabbir fl-UE?

Imressqa: 7.12.2012

Mgħoddija: 11.12.2012

L-iskadenza għat-tweġiba: 18.12.2012