Strateġija makro-reġjonali għall-Alpi
21.2.2013
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000016/2013
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Danuta Maria Hübner
f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Ir-reġjuni tal-Ispazju Alpin ripetutament fissru r-rieda tagħhom li jkun hemm strateġija Alpina li tindirizza b’mod effikaċi l-isfidi komuni li jiffaċċjaw l-ark Alpin u li tisfrutta l-potenzjal tiegħu b’mod aktar konsistenti. Nhar id-29 ta’ Ġunju 2012, il-Konferenza tar-Reġjuni Alpini, fil-paper tagħha ta’ inizjattiva, kjarament esprimiet ix-xewqa tagħha għall-implementazzjoni ta’ strateġija makro-reġjonali għall-Alpi. Din il-paper ġiet adottata bl-unanimità. Fil-pubblikazzjoni tagħha “Il-kooperazzjoni territorjali Ewropea: il-bini tal-pontijiet bejn in-nies’ ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni tissottolinja l-importanza taż-żewġ makro-reġjuni eżistenti f'termini ta' kwestjonijiet ambjentali, turiżmu, trasport u enerġija. Barra minn hekk, l-Artikolu 174 tat-TFUE jissottlinja l-ħtieġa għall-promozzjoni ta’ żvilupp armonjuż tal-varji reġjuni tal-Unjoni Ewropea u jiddikjara li għandha tingħata attenzjoni partikolari għaz-zoni rurali u r-reġjuni muntanjużi.
Għaldaqstant, makro-reġjun tal-Alpi mhux biss ittejjeb il-funzjonalità tal-istrutturi eżistenti, imma jkun jiżgura l-implementazzjoni sostenibbli tal-leġiżlazzjoni Ewropea u tal-istrateġija tal-UE 2020.
1. Qed tikkunsidraha l-Kummissjoni l-possibilità li tiżviluppa strateġija makro-reġjonali għall-ispazju Alpin fit-terminu l-qasir?
2. Liema grad ta’ importanza tagħti l-Kummissjoni lil strateġija makro-reġjonali għall-Alpi?
3. Liema hu l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-istrateġiji makro-reġjonali li ġejjin u li joħorġu f'partijiet oħrajn tal-Ewropa?
Imressqa: 21.2.2013
Mgħoddija: 25.2.2013
L-iskadenza għat-tweġiba: 4.3.2013