Mistoqsijiet parlamentari
PDF 202kWORD 44k
26 ta' Marzu 2013
O-000033/2013

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000033/2013

lill-Kummissjoni

Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura

Gerald Häfner, Michèle Rivasi, Sven Giegold, Eva Lichtenberger, Jean Lambert, Keith Taylor, Claude Turmes, Sandrine Bélier, Satu Hassi, Isabella Lövin, Hélène Flautre, Reinhard Bütikofer, Isabelle Durant, Mariya Gabriel, Raül Romeva i Rueda, Tatjana Ždanoka, Malika Benarab-Attou, Bart Staes, Indrek Tarand, Jan Philipp Albrecht, Werner Schulz, Nikos Chrysogelos, Helga Trüpel, Jill Evans, Stanimir Ilchev, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Margrete Auken, Zita Gurmai, Rui Tavares, Christian Engström, Helmut Scholz, Heide Rühle, Judith Sargentini, Dimitrios Droutsas, Kinga Göncz, Ulrike Lunacek, Martin Kastler, Martin Häusling, Edward McMillan-Scott, Daniel Cohn-Bendit, Mark Demesmaeker, Andreas Mölzer, Alain Lamassoure, Jo Leinen, Manfred Weber, Marietje Schaake, Andrew Duff, Franziska Katharina Brantner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Rafał Trzaskowski, Marie-Christine Vergiat, Barbara Lochbihler, Søren Bo Søndergaard, Andrea Zanoni, Heinz K. Becker, Marielle de Sarnez, Evelyn Regner, Ana Miranda, Michael Theurer, Roberto Gualtieri, Olle Schmidt, Michael Cashman, Jean-Luc Bennahmias, Cecilia Wikström, Fiona Hall, David Martin, Csaba Sándor Tabajdi, Amelia Andersdotter, Erminia Mazzoni, Rebecca Harms, Philippe Lamberts, György Schöpflin, Michael Cramer, Bill Newton Dunn, Elmar Brok


  Suġġett:  Sena ta' Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej fil-prattika: Valutazzjoni tal-esperjenza u trattament tax-xkiel

Sa mill-1 ta’ April 2002, iċ-ċittadini fl-Ewropa kellhom il-jedd jittrasmettu l-ideat tagħhom lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet f’livell Ewropew billi jinqdew bl-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. B’danakollu, l-inizjattivi reġistrati kollha jibqgħu jirrapportaw diffikultajiet tekniċi u amministrattivi sinifikattivi li jwasslu għal dewmien kbir u kostijiet għoljin inaċċettabbli. Il-maġġorparti tal-kwestjonijiet huma dwar l-open source software għall-ġbir onlajn tal-firem offrut mill-KE, li hu kumplikat ħafna. L-assistenza tingħata bil-mod u mhix effikaċi. Hu stmat li hemm madwar 11-il miljun ċittadin tal-UE li joqogħdu barra minn art twelidhom u li jeddhom li jappoġġaw l-IĊE jiġi miċħud mill-Istati Membri.

  Hi konxja l-Kummissjoni mill-problemi marbutin mal-inizjattivi u x’miżuri ħadet jew qed tippjana li tieħu biex issolvihom?

  Għandha pjan il-Kummissjoni li tkabbar l-assistenza billi tħaddem għodda onlajn għall-firem ukoll għall-inizjattivi li ġejjin ħalli jkun iggarantit trattament ġust u ugwali tal-inizjattivi kollha?

  X’se tagħmel il-Kummissjoni biex ittejjeb id-dewmien għar-respons u l-kapaċitajiet għall-problemi rapportati?

  Il-Kummissjoni se toħloq l-infrastruttura neċessarja ħalli twieġeb direttament id-diffikultajiet li jkollhom iċ-ċittadini?

  L-open source software se jkun żviluppat mill-ġdid bi proċedura tassew aperta bl-użu ta' approċċ favur il-komunità li jkun jinkludi testjar xieraq u dokumentazzjoni xierqa?

  X’qed iżommha lill-Kummissjoni milli tistabbilixxi pjattaforma waħda ċentralizzata ta' ġbir onlajn li tkun ħostjata fuq is-servers tal-Kummissjoni bħala l-lok fejn jinħażnu l-firem, imma li tippermetti li l-front-end - il-forma pubblika - titwettaq fil-websajts tal-kampanji individwali?

  Se tkun qed tqis il-Kummissjoni li tirrevedi r-regolament ta’ implementazzjoni qabel it-terminu previst fl-2015? Jekk iva, kif jista’ jkun żgurat li l-esperjenza tal-inizjattivi eżistenti jkunu riflessi u li l-Kumitati responsabbli tal-Parlament Ewropew jkunu involuti kompletament?

  Jistgħu l-inizjattivi li ttellgħu bl-oneru tal-ittestjar u r-riżoluzzjoni tal-bugs tas-software jagħmlu talba ħalli jkunu rimborżati għall-kostijiet tagħhom?

  Għandha l-Kummissjoni riżorsi biżżejjed biex tagħti l-appoġġ tekniko-ambjentali u tekniku neċessarju għall-inizjattivi? Jekk iva, b’liema linji baġtiarji huma koperti u minn liema unitajiet fl-organizzazzjoni se jitwettqu?

Imressqa: 26.3.2013

Mgħoddija: 28.3.2013

L-iskadenza għat-tweġiba: 4.4.2013

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza