Impass istituzzjonali rigward il-pjanijiet pluriennali tal-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd
28.3.2013
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000035/2013
lill-Kunsill
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Gabriel Mato Adrover, Pat the Cope Gallagher
f'isem il-Kumitat għas-Sajd
L-impass fil-pjanijiet pluriennali tal-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd mill-Kunsill, li ilu għaddej mill-2009, qed ikompli jkollu riperkussjonijiet serji għas-settur tas-sajd kollu kemm hu u jpoġġi fid-dubju l-prerogattivi tal-Parlament bħala koleġiżlatur għall-Politika Komuni tas-Sajd fil-qafas tat-Trattat ta’ Lisbona.
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar din il-kwistjoni qed thedded li timmina b’mod aktar ġenerali s-supremazija tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, peress li tattakka l-prinċipju li kwalunkwe deroga minn din il-forma ta’ teħid ta’ deċiżjoni għandha titqies li tkun ta’ natura eċċezzjonali u għandha sseħħ biss meta jkun ipprovdut speċifikament għaliha skont it-Trattat.
Il-Kumitat għas-Sajd jemmen bil-qawwa li hija meħtieġa azzjoni politika urġenti kif ukoll legali biex il-Kunsill jinġieb lura fuq il-mejda tan-negozjati. Għal din ir-raġuni, il-Parlament diġà ppospona l-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva rigward il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi f’bosta okkażjonijiet differenti. Sussegwentement għal dan, il-Presidenza Irlandiża wriet ir-rieda tajba tagħha billi ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tieħu l-miżuri prattiċi kollha fis-setgħat tagħha sabiex iġġib l-impass fi tmiemu.
1. Il-Presidenza Irlandiża tista’ tipprovdi sommarju dettaljat ta’ azzjonijiet li diġà ttieħdu biex tinstab soluzzjoni dejjiema għall-kwistjoni?
2. Il-Presidenza Irlandiża meta se tipprovdi lill-Parlament Ewropew bi proposti konkreti biex l-impass attwali jiġi riżolt?
Imressqa: 28.3.2013
Mgħoddija: 4.4.2013
L-iskadenza għat-tweġiba: 25.4.2013