L-ikkompletar tat-tabella ta' valutazzjoni għall-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP)
8.4.2013
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000039/2013
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Sharon Bowles
f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Skont ir-Regolament dwar il-MIP, "il-Kummissjoni għandha tippreżenta suġġerimenti għal kummenti lill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjanijiet biex jiġu stabbiliti u aġġustati l-indikaturi u l-livelli ta' limitu" (premessa 12 tar-Regolament dwar il-MIP). Il-Kummissjoni tista' tispjega għaliex naqset li tagħmel dan meta żiedet indikatur għar-rata tat-tkabbir tal-obbligazzjonijiet tas-settur finanzjarju qabel ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija tal-2013?
Il-Kummissjoni tqis li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar it-Tabella ta' valutazzjoni għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi: id-disinn inizjali previst[1], li fiha l-Parlament talab li jiżdied indikatur għas-settur finanzjarju, tikkostitwixxi konsultazzjoni kif stipulat fil-Premessa 12 tar-Regolament dwar il-MIP?
Imressqa: 8.4.2013
Mgħoddija: 10.4.2013
L-iskadenza għat-tweġiba: 17.4.2013
- [1] Testi adottati, P7_TA(2011)0583.