Mistoqsija Parlamentari - O-000048/2013Mistoqsija Parlamentari
O-000048/2013

  Żieda sinifikanti fid-dazji imposti fin-Norveġja fuq prodotti agrikoli

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000048/2013
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Vital Moreira, Christofer Fjellner
f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Proċedura : 2013/2547(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000048/2013
Testi mressqa :
O-000048/2013 (B7-0210/2013)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Mill-1 ta' Jannar 2013, esportaturi Ewropej ta' ċerti ġobnijiet, tal-ħaruf u taċ-ċanga qegħdin jaffrontaw dazji ad valorem ta' rispettivament 277%, 429% u 344% fis-suq Norveġiż. Dan ġie ppreċedut minn impożizzjoni ta' dazju ġdid ta' 72% fuq l-importazzjoni ta' fjuri hydrangea (hortensia).

Il-Kummissjoni tista' tindika jekk ġietx kkonsultata b'mod adegwat mill-awtoritajiet Norveġiżi qabel ma dawn iddeċidew li jipproponu tali miżuri? Il-Kummissjoni talbet konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet Norveġiżi, u jekk iva, x'irriżulta minnhom?

X'inhuma l-istimi tal-Kummissjoni tal-konsegwenzi fi żmien qasir u fit-tul ta' dawn il-miżuri fuq il-flussi ta' esportazzjoni tal-prodotti kkonċernati mill-UE lejn in-Norveġja?

Il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri huma fi ksur tal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE u jirrappreżentaw pass lura mill-aħħar Ftehim bejn l-UE u n-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali fir-rigward ta' prodotti agrikoli, fis-seħħ minn Jannar 2012, li kien meqjus bħala ftehim ta' benefiċċju reċiproku? Il-Kummissjoni tqis li t-tariffi ġodda imposti min-Norveġja jikkostitwixxu miżura restrittiva fuq l-importazzoni u li għandhom jiġu kkunsidrati bħala ostakolu ġdid għall-kummerċ fi ħdan il-kuntest tad-WTO u ż-ŻEE?

X'azzjoni ulterjuri biħsiebha tieħu l-Kummissjoni jekk ma jsir l-ebda sforz kredibbli min-naħa tal-awtoritajiet Norveġiżi biex isibu soluzzjoni fil-pront għal din il-kwestjoni?

Imressqa: 26.4.2013

Mgħoddija: 30.4.2013

L-iskadenza għat-tweġiba: 7.5.2013