Mistoqsija Parlamentari - O-000059/2013Mistoqsija Parlamentari
O-000059/2013

  Imblokk fir-reviżjoni tar-Regolament 1049/2001

15.5.2013

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000059/2013
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Sophia in 't Veld, Sonia Alfano, Anneli Jäätteenmäki, Ramon Tremosa i Balcells, Marielle de Sarnez
f'isem il-Grupp ALDE

F'Diċembru 2011, il-Parlament adotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari tiegħu dwar iż-żewġ proposti konġunti tal-Kummissjoni, tal-2008 u l-2011 rispettivament, li jirrevedu r-Regolament 1049/2001, sabiex jiżgura aktar trasparenza fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE għaċ-ċittadini tal-UE.

Minn dakinhar, u minkejja n-negozjati u t-trilogi ma' tliet Presidenzi suċċessivi, ir-Regolament 1049/2001 jinsab imblukkat fil-Kunsill. Skont l-informazzjoni disponibbli għalina, dan huwa minħabba n-nuqqas ta' rieda min-naħa tal-Kummissjoni li tipproċedi.

     Il-Kummissjoni x’tidentifika bħala l-ostakoli ewlenin għall-progress fir-reviżjoni?

     Il-Kummissjoni tista’ tiċċara l-fehmiet tagħha rigward il-pożizzjoni fl-ewwel qari tal-Parlament, billi tidentifika liema elementi tqis aċċettabbli u inaċċettabbli?

     Il-Kummissjoni tista’ tikkjarifika l-pożizzjoni tan-negozjar tagħha f’diskussjonijiet ma’ istituzzjonijiet oħrajn, speċjalment fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill?

     Il-Kummissjoni taqbel li għandha tiġi ddeterminata bażi komuni bejn it-tliet istituzzjonijiet sabiex jiġi żgurat li r-Regolament 1049/2001 jiġi konkluż b'suċċess qabel it-tmiem ta' dan il-mandat?

     Il-Kummissjoni tikkunsidra li tirtira l-proposti tagħha jekk l-imblokk jibqa’?

Imressqa: 15.5.2013

Mgħoddija: 17.5.2013

L-iskadenza għat-tweġiba: 24.5.2013