Mistoqsija Parlamentari - O-000082/2013Mistoqsija Parlamentari
O-000082/2013

  L-ikkompletar taż-Żona Ewropea tar-Riċerka sal-2014

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000082/2013
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Amalia Sartori
f'isem il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Proċedura : 2013/2695(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000082/2013
Testi mressqa :
O-000082/2013 (B7-0504/2013)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) hija definita bħala żona ta’ riċerka unifikata, li fiha jiċċirkolaw liberament ir-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija. Il-kunċett taż-ŻER tnieda fil-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona f’Marzu 2000 u t-Trattat ta’ Lisbona jipprovdi bażi ġdida għall-politika taż-ŻER. Il-prijoritajiet tal-proċess taż-ŻER huma[1]:

  sistemi aktar effikaċi ta' riċerka nazzjonali,

  ottimizzazzjoni tal-kooperazzjoni u l-kompetizzjoni transnazzjonali,

  suq tax-xogħol miftuħ għar-riċerkaturi,

  ugwaljanza bejn is-sessi u integrazzjoni tas-sessi fir-riċerka u

  ottimizzazzjoni taċ-ċirkolazzjoni u l-aċċess għall-għarfien xjentifiku u t-trasferiment tiegħu.

Il-Kummissjoni ssegwi l-proċess permezz ta’ “Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ taż-ŻER” sabiex tipprovdi trasparenza għall-Parlament, il-Kunsill u l-komunità xjentifika. L-ewwel rapport ta’ progress skont il-Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ taż-ŻER huwa skedat għal Settembru 2013 u se jiġi diskuss fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Ottubru 2013.

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni mitluba twieġed għal dan li ġej:

Imressqa: 9.7.2013

Mgħoddija: 11.7.2013

L-iskadenza għat-tweġiba: 18.7.2013