Proċedura : 2013/2676(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000091/2013

Testi mressqa :

O-000091/2013 (B7-0507/2013)

Dibattiti :

PV 10/10/2013 - 2
CRE 10/10/2013 - 2

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 193kWORD 42k
18 ta' Settembru 2013
O-000091/2013

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000091/2013

lill-Kummissjoni

Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura

Eva Joly

f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp


  Suġġett:  Diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta

 Tweġiba fil-plenarja 

Id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta, fejn komunitajiet milquta mill-kasta huma soġġetti għal prattiki li ċerti persuni ma jistgħux "jintmessu" kemm fil-pubbliku kif ukoll fil-privat, hija rikonoxxuta bħala waħda mill-aktar problemi serji tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja tal-lum u bħala kawża ewlenija tal-faqar u l-inugwaljanza fil-pajjiżi milquta, u dan jimpedixxi severament il-kisba tal-objettivi tal-iżvilupp sostenibbli u tal-qerda tal-faqar. Din l-għamla ta' diskriminazzjoni, li hija stmata li tolqot 260 miljun ruħ madwar id-dinja, tikser il-prinċipji l-aktar fundamentali tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u twassal għal ksur tad-drittiiet tal-bniedem li jinxtered, b'rati għoljin ta' impunità. Id-diskriminazzjoni tal-kasta, kif ukoll in-natura trasversali u l-konsegwenzi tagħha madwar id-dinja, speċjalment għan-nisa, ġew indirizzati mill-entitajiet tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU, b'mod partikulari mill-korpi u minn proċeduri speċjali previsti mit-trattati tan-NU, kif ukoll mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem. Mill-2007, il-Parlament Ewropew ressaq it-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu quddiem l-UE fir-riżoluzzjonijiet tiegħu, fejn talab li tittieħed azzjoni mill-UE biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta.

1.  Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jaqblu li għandhom jiġu ddefiniti politika komprensiva u pjan ta' azzjoni tal-UE li jindirizzaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta sabiex jiġġieldu din il-problema?

2.  Kif qiegħda l-UE tindirizza l-kwistjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta, inkluż fil-kuntest tal-programmi u l-proġetti ta' għajnuna għall-iżvilupp, speċjalment fil-pajjiżi milquta bħall-Indja, in-Nepal, il-Pakistan, il-Bangladexx u s-Sri Lanka? B'mod usa', l-UE kif qiegħda tindirizza d-diskriminazzjoni li għandha x'taqsam max-xogħol u n-nisel, li sseħħ f'pajjiżi bħall-Jemen u l-Mawritanja?

3.  Fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ diversi programmi ta’ taħriġ għall-pulizija, għall-ġudikatura jew għall-impjegati tas-servizz pubbliku li qed jiġu ffinanzjati f’diversi pajjiżi, x’miżuri qed jieħdu l-Kummissjoni u s-SEAE biex jiżguraw l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tal-liġi mill-pulizija u s-servizz pubbliku sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-ġustizzja u r-rimedji effettivi għall-vittmi?

4.  Kif qegħdin il-Kummissjoni u s-SEAE jindirizzaw din il-kwistjoni fid-djalogi tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi u bħala parti mill-inizjattivi globali?

5.  X'se jagħmlu l-Kummissjoni u s-SEAE sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta madwar id-dinja bħala kwistjoni trażversali, fl-istess livell ma' tipi oħra ta' diskriminazzjoni, fil-politiki kollha tal-UE?

6.  L-UE kif se tindirizza d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta f'każijiet ta' kriżi umanitarja li tinħoloq f'pajjiżi milquta, sabiex tiżgura t-twassil ta' għajnuna umanitarja lill-gruppi marġinalizzati kollha?

Imressqa: 18.9.2013

Mgħoddija: 20.9.2013

L-iskadenza għat-tweġiba: 27.9.2013

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza