Il-politika kummerċjali tal-UE fil-konfront ta' pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant qabel is-Samit ta' Vilnjus
19.9.2013
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000092/2013
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Vital Moreira, Laima Liucija Andrikienė
f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Is-Samit li jmiss dwar is-Sħubija tal-Lvant se jsir f'Vilnjus, il-Litwanja, fit-28 u d-29 ta' Novembru 2013. Waqt is-Samit, l-UE tista' tiffirma Ftehim ta' Assoċjazzjoni (AA), li jinkludi Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), mal-Ukraina, sakemm l-awtoritajiet Ukraini juru azzjoni determinata u progress tanġibbli fir-rigward tal-parametri referenzjarji stabbiliti mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2012. L-UE tista' tinizjala l-AAs, inklużi d-DCFTAs, mal-Ġeorġja u l-Moldova. Is-Samit jista' jistabbilixxi wkoll perspettiva aktar fit-tul għall-pajjiżi kollha tas-Sħubija tal-Lvant, inklużi l-Armenja, l-Azerbajġan u l-Bjelorussja.
Imressqa: 19.9.2013
Mgħoddija: 23.9.2013
L-iskadenza għat-tweġiba: 30.9.2013