Relazzjonijiet kummerċjali UE-Tajwan
19.9.2013
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000093/2013
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Vital Moreira, Franck Proust
f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
L-ammont totali ta' kummerċ bilaterali bejn l-UE u t-Tajwan qabeż l-EUR 40 biljun fl-2011. Il-kummerċ bejn l-UE u t-Tajwan żdied b'aktar minn tnax-il darba matul l-aħħar żewġ deċennji. L-UE għandha defiċit kummerċjali fil-kummerċ ta' merkanzija iżda tgawdi minn bilanċ favorevoli fir-rigward tal-kummerċ ta' servizzi. L-UE hija detentur ewlieni ta' stokk IDB fit-Tajwan u hija investitur attiv.
1. Il-Kummissjoni tista' tispjega x'miżuri ħadet flimkien mat-Tajwan: sabiex jiġi promoss il-kummerċ tal-merkanzija u s-servizzi bejn il-partijiet; sabiex jiġu pprovduti ambjent għall-investiment stabbli u favorevoli, ċertezza legali u protezzjoni tal-investiment; u sabiex tiġi promossa l-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi?
2. Il-Kummissjoni tista' tispjega x'miżuri biħsiebha tieħu dwar dawn il-kwistjonijiet fil-futur? Billi t-Tajwan ikkonkluda jew qed jinnegozja diversi ftehimiet dwar kwistjonijiet ta' kummerċ jew investiment ma' għadd ta' sħab kummerċjali tagħha, inklużi r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Istati Uniti, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, Singapor u New Zealand, il-Kummissjoni tista' tgħid jekk tali negozjati jistgħux ikunu previsti bejn it-Tajwan u l-Unjoni Ewropea?
Imressqa: 19.9.2013
Mgħoddija: 23.9.2013
L-iskadenza għat-tweġiba: 30.9.2013