Proċedura : 2013/2836(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000101/2013

Testi mressqa :

O-000101/2013 (B7-0513/2013)

Dibattiti :

PV 10/10/2013 - 3
CRE 10/10/2013 - 3

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 263kWORD 30k
30 ta' Settembru 2013
O-000101/2013

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000101/2013

lill-Kummissjoni

Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura

Cornelis de Jong, Patrick Le Hyaric, Marisa Matias, Paul Murphy, Helmut Scholz, Alda Sousa, Gabriele Zimmer

f'isem il-Grupp GUE/NGL


  Suġġett:  L-istat tad-dritt u l-jeddijiet tal-bniedem fir-Russja b'fokus fuq il-ksenofobija u l-omofobija

 Tweġiba fil-plenarja 

L-UE għadha impenjata li tfannad u tiżviluppa aktar r-relazzjonijiet tagħha mar-Russja. In-negozjati għal ftehim ġdid, li għandu jagħti qafas aktar komprensiv għar-relazzjonijiet UE-Russja li jkun jirrifletti t-tkabbir fil-koperazzjoni sa mill-bidu tas-snin 1990, qed jissoktaw.

F'diversi okkażjonijiet, il-Parlament fisser it-tħassib tiegħu li l-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fir-Russja sejra għall-agħar, u b'mod partikolari dwar l-adozzjoni ta' bosta liġijiet li jirrestrinġu l-libertà tal-espressjoni, tal-assemblea u tal-assoċjazzjoni, l-aktar il-liġi dwar l-'aġenti barranin' u l-liġijiet federali u reġjonali 'anti-propaganda'. Is-sena l-oħra, mexxejja prominenti tal-oppożizzjoni demokratika sfaw imtellgħin il-qorti.

Il-liġi l-ġdida tar-Russja li tipprojbixxi effikaċement l-attiviżmu pubbliku minn individwi lesbiċi, gay, bisesswali, transgender u intersex (LGBTI) m'għamlet xejn għajr toħloq klima ta' intolleranza u promozzjoni tal-vjolenza mill-gruppi tal-vigilantes. Minn mindu ġiet adottata, ir-Russja għaddiet minn żieda fil-viġilantiżmu omofobiku. Bosta organizzazzjonijiet irrapportaw żieda fl-attakki ksenofobiċi u omofobiċi vjolenti. Hemm evidenza li gruppi ultra-nazzjonalistiċi attakkaw u ttorturaw persuni LGBTI, inklużi adoloxxenti. Il-fastidju u l-vjolenza kontra l-migranti u l-minoranzi etniċi wkoll qed jiżdiedu. L-awtoritajiet naqsu li jieħdu azzjoni biex ipproteġu l-vittmi u jħarrku lil dawk responsabbli mill-attakki, minkejja l-evidenza ffilmjata minn min wettaq l-attakki li saħansitra ppostjaw vidjos fuq l-internet.

L-organizzazzjonijiet LGBTI, bħal 'Vyhod' (Coming Out) li hi bbażata San Pietruburg, u l-festivall tal-films 'Bok o Bok' (Ġenb ma' ġenb), li wkoll isir San Pietruburgu, sfaw fil-mirin tal-awtoratajiet. L-organizzazzjonijiet ikkonċernati u l-mexxajja tagħhom ukoll sfaw immultati skont l-hekk-imsejħa 'liġi tal-aġenti barranin'.

Id-deċiżjoni tal-awtoritajiet karċerarji Russi li jqiegħdu lill-membru kkalzrat tal-band punk Pussy Riot f'detenzjoni solitari wara li ilmentat dwar il-kondizzjonijiet tal-ħabs taċċentwa qasam problematiku ieħor tas-soċjetà Russa.

1.  X'għamlu l-Kummissjoni u s-SEAE bħala segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja?

2.  B'liema mod il-Kummissjoni qajmet dan it-tħassib mal-mexxejja Russi fis-Samit UE-Russja ta' Ġunju li sar f'Yekaterinburg?

3.  Is-SEAE, flimkien mal-Kummissjoni, se jissoktaw iqajmu dan it-tħassib dwar il-jeddijiet tal-bniedem u l-istat ta' dritt fir-Russja?

Imressqa: 30.9.2013

Mgħoddija: 2.10.2013

L-iskadenza għat-tweġiba: 9.10.2013

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN 
Avviż legali - Politika tal-privatezza