Mistoqsija Parlamentari - O-000102/2013Mistoqsija Parlamentari
O-000102/2013

  L-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem fir-Russja

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000102/2013
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Kristiina Ojuland, Sophia in 't Veld
f'isem il-Grupp ALDE

Proċedura : 2013/2836(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000102/2013
Testi mressqa :
O-000102/2013 (B7-0514/2013)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Mindu ġew adottati għadd ta’ liġijiet li jillimitaw il-libertà tal-espressjoni, tal-assemblea u tal-assoċjazzjoni, b’mod partikolari l-liġi “Aġenti Barranin” u liġijiet federali u reġjonali ta’ “kontra l-propaganda”, għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet irrappurtaw żieda fl-attakki ksenofobiċi u ħomofobiċi vjolenti fir-Russja.

Fuq l-internet dehru mijiet ta’ vidjos ta’ vjolenza bla sens li juru gruppi ultranazzjonalisti jsawtu u jittorturaw lil individwi LGBT, migranti u dawk li jappartienu lil minoranzi etniċi. L-NGOs Russi li qed jimmoniterjaw dawn il-vjolazzjonijiet issa qed jiffaċċjaw il-fatt li se jingħalqu. L-NGOs u l-attivisti ċivili u politiċi li qed jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem qed jiġu intimidati u mhedda minn gruppi ta’ viġilanti u mill-pulizija.

Hemm evidenza kemm trid ta’ proċessi quddiem qorti kriminali inġusti li fihom organizzazzjonijiet, bħalma hu l-Festival tal-Films LGBT “Side by Side”, ġew immultati u mġiegħla jagħlqu. “Coming Out Saint Petersburg” ġiet immultata l-ammont massimu skont il-liġi “Aġenti Barranin” qabel ma raw is-sentenza tiġi annullata minn qorti ogħla, imma l-organizzazzjoni għadha mhedda li bi spezzjonijiet mill-pulizija.

X’għamlet il-Kummissjoni biex issegwi x’sar dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja?

Mil-liema aspetti qajmet dawn il-kwistjonijiet il-Kummissjoni mal-mexxejja Russi waqt is-Samit bejn l-UE u r-Russja f’Yekaterinburg f’Ġunju 2013 u waqt is-Samit tal-G20 f’San Pietruburgu f’Settembru?

Il-Kummissjoni kif se tkompli tressaq il-preokkupazzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Russja?

Hi l-Kummissjoni tqis li r-Russja qed tissodisfa l-obbligi tas-sħubija tagħha tal-Kunsill tal-Ewropa? Jekk le, għandha titwettaq valutazzjoni bir-reqqa dwar jekk is-sħubija tar-Russja fil-Kunsill tal-Ewropa għandhiex tiġi sospiża?

Il-Kummissjoni tkun lesta tappoġġja lill-organizzazzjonijiet tal-LGBT bbażati fl-Ewropa biex jipprovdu tagħrif LGBT bil-lingwa Russa online?

Imressqa: 2.10.2013

Mgħoddija: 4.10.2013

L-iskadenza għat-tweġiba: 11.10.2013