Mistoqsija Parlamentari - O-000111/2013Mistoqsija Parlamentari
O-000111/2013

  Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġustizzja elettronika 2014-2018

14.10.2013

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000111/2013
lill-Kunsill
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Klaus-Heiner Lehne
f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Legali
Juan Fernando López Aguilar
f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Bħalissa l-Kunsill qed iwettaq eżerċizzju sabiex jivvaluta s-suċċess tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġustizza elettronika attwali, u qed jorganizza konsultazzjonijiet għal Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġustizzja elettronika ġdid għall-2014-2018.

1.  X'inhi l-fehma tal-Presidenza dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġustizzja elettronika attwali? Tista' titqies bħala suċċess għaċ-ċittadini, għall-prattikanti u s-sistemi tal-ġustizzja?

2.  X'konklużjonijiet instiltu għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġustizzja elettronika ġdid? Il-Kunsill x'miżuri ser jipproponi f'dan il-qasam?

3.  L-abbozz tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġustizzja elettronika għall-2014-2018 meta se jiġi ppreżentat lill-Parlament għall-kunsiderazzjoni?

Imressqa: 14.10.2013

Mgħoddija: 15.10.2013

L-iskadenza għat-tweġiba: 5.11.2013