Mistoqsija Parlamentari - O-000117/2013Mistoqsija Parlamentari
O-000117/2013

  Il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000117/2013
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Juan Fernando López Aguilar
f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Proċedura : 2013/2924(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000117/2013
Testi mressqa :
O-000117/2013 (B7-0528/2013)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fis-26 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni ppreżentat rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni l-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom, wara l-adozzjoni tal-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom fl-2011. Ir-rapport juri li ftit sar progress fl-Istati Membri, saħansitra biex jiġu stabbiliti prekundizzjonijiet meħtieġa biex tirnexxi l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali. Juri wkoll li maġġoranza ta' Stati Membri ma allokawx biżżejjed riżorsi mill-baġits nazzjonali tagħhom biex jimplimentaw l-istrateġiji. Il-Kummissjoni ressqet ukoll proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri (COM(2013)0460). Barra minn hekk, filwaqt li l-Qafas tal-UE jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li r-Rom ma jiġux diskriminati, u li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tagħhom jiġi garantit, ir-razziżmu lejhom u d-diskriminazzjoni kontra r-Rom għadhom għaddejjin.

  Liema huma l-azzjonijiet li qed tieħu l-Kummissjoni bħala reazzjoni għall-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-Rom fl-Istati Membri, speċjalment il-ksur tad-dritt għal-libertà tal-moviment u tar-residenza, il-ksur tad-dritt għall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, tad-dritt għall-protezzjoni ta' data personali sensittiva, inkluż permezz tal-projbizzjoni ta' reġistri bbażati fuq l-etniċità u r-razza, u tad-dritt għall-aċċess għal u r-rispett għad-drittijiet ekonomiċi u soċjali?

  Il-Kummissjoni kif tissorvelja l-inċidenti kontra r-Rom li qed iseħħu madwar l-Ewropa kollha?

  X'inhi tagħmel il-Kummissjoni biex tiffaċilita u tgħin lill-Istati Membri fil-proċess tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji dwar ir-Rom? Liema huma l-mekkaniżmi konkreti ta' monitoraġġ u valutazzjoni tal-impatt preveduti mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżuri meħuda fl-implimentazzjoni ta' strateġiji nazzjonali?

  Il-Kummissjoni tinsab lesta li tħeġġeġ lill-Istati Membri jallokaw beni finanzjarji suffiċjenti biex iwettqu l-impenji ta' politika tagħhom u jżidu indikaturi tar-riżultat, linji ta' referenza u miri numeriċi ewlenin għall-istrateġiji nazzjonali sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' strateġiji nazzjonali dwar ir-Rom?

  Il-Kummissjoni kif qed tippjana li tqajjem kuxjenza fost ir-rappreżentanti tar-Rom u fil-fatt tinvolvihom fl-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-implimetazzjoni ta' dawn l-istrateġiji?

  Il-Kummissjoni lesta tippromwovi t-tnedija ta' programmi ta' żvilupp integrati ta' setturi multipli għall-mikroreġjuni l-iktar żvantaġġati billi timmobilizza l-Fondi tal-QSK disponibbli kollha u strumenti tal-UE oħrajn? Il-Kummissjoni qed tħeġġeġ l-inklużjoni ta' dawn il-programmi integrati fil-kuntratti ta' sħubija tagħhom, u qed tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jistabbilixxu programmi operattivi b'mod li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs u jiġu prevenuti d-diskriminazzjoni u s-segregazzjoni?

  Il-Kummissjoni tqis li s-segregazzjoni tat-tfal tal-Rom fl-iskejjel, l-iżvilupp u t-tħaddim ta' skejjel u klassijiet għal żingari biss, u t-tqegħid bla bażi tat-tfal tar-Rom fi skejjel speċjali jikkostitwixxu ksur tad-Direttiva 2000/43/KE, u se tieħu passi biex twaqqaf tali ksur?

  Il-Kummissjoni kif tiffaċilita l-involviment ta' pajjiżi ta' tkabbir ma' popolazzjonijiet sinifikanti tar-Rom fil-proċess ta' inklużjoni tar-Rom tal-UE?

Imressqa: 17.10.2013

Mgħoddija: 21.10.2013

L-iskadenza għat-tweġiba: 28.10.2013