Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar 'it-Tisħiħ tad-dimensjoni Soċjali tal Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM)'
22.10.2013
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000122/2013
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Pervenche Berès
f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Minn mindu bdiet il-kriżi, iż-żona tal-euro għaddiet minn polarizzazzjoni rapida ta' qgħad. Mill-2011 'l hawn, ir-rwol tal-infiq fil-qasam tas-sigurtà soċjali bħala stabilizzatur awtomatiku ddgħajjef b'mod konsiderevoli. Minkejja li ttieħdu passi importanti biex tissaħħaħ il-governanza ekonomika tal-UE, l-Ewropa ħallsitha qares fil-qasam ekonomiku u dak soċjali. Il-qgħad fl-UE laħaq livell allarmanti ta' 26.6 miljun persuna, 23 % taż-żgħażagħ attivi jinsabu f'sitwazzjoni ta' qgħad u l-faqar u l-esklużjoni soċjali qed ikomplu jiżdiedu.
Imressqa: 22.10.2013
Mgħoddija: 24.10.2013
L-iskadenza għat-tweġiba: 31.10.2013