Proċedura : 2013/2711(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000049/2014

Testi mressqa :

O-000049/2014 (B7-0118/2014)

Dibattiti :

PV 14/04/2014 - 21
CRE 14/04/2014 - 21

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 190kWORD 28k
14 ta' Marzu 2014
O-000049/2014
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000049/2014
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Paul Rübig, f'isem il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

 Suġġett: Il-proċess ta' konsultazzjoni 'Top Ten' u t-tnaqqis fil-piż tar-regolamentazzjoni tal-UE minn fuq l-SMEs
 Tweġiba fil-plenarja 

Il-Parlament Ewropew jissorvelja mill-qrib il-politiki tal-Unjoni dwar l-SMEs u l-intrapriżi mikro, u appoġġa lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha sabiex tnaqqas il-piżijiet amministrattivi li jinħolqu bil-leġiżlazzjoni tal-UE, partikolarment għall-SMEs. L-eżerċizzju 'Top Ten' huwa utli għax joffri lill-SMEs l-opportunità li jsemmgħu fehmithom dwar xi jqisu li huma l-akbar ostakoli li qed ifixkluhom fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Madankollu l-Parlament esprima ripetutament it-tħassib tiegħu li l-SMEs sa issa għadu ma rnexxilhomx jisfruttaw il-potenzjal tas-suq uniku, u ġibed l-attenzjoni lejn il-fatt li 25 % biss tal-SMEs jesportaw fi ħdan l-UE-27.

Fid-dawl ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Parliament jitlob il-kjarifiki li ġejjin:

1. X'inhi tagħmel il-Kummissjoni biex tiżgura parteċipazzjoni akbar mill-SMEs fil-kummerċ transkonfinali fi ħdan l-UE u fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi?

2. X'inhi tagħmel il-Kummissjoni biex tneħħi l-kultura ta' 'gold-plating' tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-livell nazzjonali mill-Istati Membri? Teżisti valutazzjoni dwar l-impatt li għandha l-implimentazzjoni nazzjonali tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq l-SMEs?

3. Il-Kummissjoni tista' tispjega fid-dettall għalfejn kien hemm rispons ħafna akbar minn SMEs f'ċerti Stati Membri meta mqabbel ma' SMEs minn Stati Membri oħrajn? Kien hemm nuqqas ta' sensibilizzazzjoni f'ċerti Stati Membri, jew kienu preżenti fatturi oħra li setgħu għawġu l-ispunti miġbura?

4. Il-Kummissjoni qiegħda tikkunsidra li tiżviluppa applikazzjoni bbażata fuq l-internet li tippermetti lill-amministrazzjoni tagħha tindika jekk u sa liema punt l-SMEs jaf jiġu affettwati minn proposti li ġejjin?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza