Mistoqsija Parlamentari - O-000064/2014Mistoqsija Parlamentari
O-000064/2014

L-investigazzjoni tat-titjira MH17 tal-Malaysia Airlines

5.9.2014

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000064/2014
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Gianluca Buonanno, Isabella Adinolfi, Marco Affronte, Laura Agea, Daniela Aiuto, Marie-Christine Arnautu, Zoltán Balczó, Nicolas Bay, Tiziana Beghin, Dominique Bilde, Mara Bizzotto, Mario Borghezio, David Borrelli, Marie-Christine Boutonnet, Klaus Buchner, Fabio Massimo Castaldo, Aymeric Chauprade, Ignazio Corrao, Rosa D'Amato, Mireille D'Ornano, Eleonora Evi, Laura Ferrara, Marcel de Graaff, Georgios Epitideios, Lorenzo Fontana, Lampros Fountoulis, Sylvie Goddyn, Bruno Gollnisch, Jean-François Jalkh, Hans Jansen, Barbara Kappel, Béla Kovács, Gilles Lebreton, Jean-Marie Le Pen, Marine Le Pen, Philippe Loiseau, Vicky Maeijer, Dominique Martin, Georg Mayer, Giulia Moi, Bernard Monot, Sophie Montel, Krisztina Morvai, Franz Obermayr, Piernicola Pedicini, Matteo Salvini, Olaf Stuger, Eleytherios Synadinos, Dario Tamburrano, Mylène Troszczynski, Marco Valli, Harald Vilimsky, Udo Voigt, Marco Zanni, Marco Zullo, Jordi Sebastià, Jean-Luc Schaffhauser

L-inċident traġiku tat-titjira MH17 tal-Malaysia Airlines wassal għal żieda kbira fit-tensjoni fir-relazzjonijiet bejn ir-Russja u l-Ukraina u bejn ir-Russja u l-UE.

Il-Kunsill Ewropew li ltaqa' fil-ġranet immedjatament wara l-avveniment, iddeċieda li jissikka aktar il-miżuri ta' restrizzjoni li hemm kontra r-Russja, waqt li l-gruppi Ukraini u separatisti akkużaw, u jkomplu jakkużaw, lil xulxin li huma responsabbli għall-inċident.

Il-miżuri restrittivi applikati għar-Russja bħala riżultat tas-sitwazzjoni qegħdin jikkawżaw danni ekonomiċi serji lil kumpaniji Ewropej li qegħdin jagħmlu kummerċ mal-Federazzjoni Russa, u huwa vera importanti li tiġi stabbilita l-kawża vera tal-inċident tal-MH17 malajr u mingħajr l-ebda dubju.

Skont ir-rapporti tal-aġenziji tal-istampa internazzjonali, l-awtoritajiet tal-istati responsabbli għall-investigazzjoni li għadha għaddejja, inklużi l-Ukraina, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Belġju, qablu li jżommu r-riżultati klassifikati u ma jiżvelawhomx.

1. Il-Kummissjoni hija konxja tar-riżultati dwar l-investigazzjoni teknika li għadha għaddejja?

2. Il-Kummissjoni tikkunsidra s-segretezza tal-klassifikazzjoni mogħtija lir-riżultati tal-investigazzjoni li għadha għaddejja mill-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli tagħha bħala leġittima u adatta?