Mistoqsija Parlamentari - O-000077/2014Mistoqsija Parlamentari
O-000077/2014

L-impjiegi u l-aspetti soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000077/2014
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Marita Ulvskog, f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Proċedura : 2014/2779(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000077/2014
Testi mressqa :
O-000077/2014 (B8-0036/2014)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Mill-2010, l-ammont ta' ċittadini qiegħda jew f'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali, bħala medja, fl-UE żdied, b'120 miljun Ewropew jgħixu fil-faqar jew f'riskju ta' faqar. Skont previżjonijiet tal-Kummisjoni, jeħtieġ li jkun hemm 16-il miljun ċittadin addizzjonali impjegat biex tintlaħaq ir-rata tal-impjieg ta' 75 % tal-istrateġija Ewropa 2020. Barra minn dan, qed jiżdiedu d-diverġenzi fir-rati tal-impjieg bejn l-Istati Membri u fir-reġjuni, b'hekk hemm ir-riskju li jinħoloq aktar żbilanċ soċjali fit-tul.

1. Il-Kummissjoni temmen li l-kriżi ekonomika, flimkien mal-konsolidament fiskali, wasslu għat-tnaqqis fl-investiment bl-iskop li jintlaħqu l-objettivi tal-impjiegi u dawk soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020? Jekk dan huwa l-każ, il-Kummissjoni għandha ħsieb li żżid l-investiment?

2. Il-Kummisjoni tqis li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) għandhom jistiednu lill-Istati Membri jassumu impenji aktar ambizzjużi fil-programmi nazzjonali ta' riforma (PNR) tagħhom, peress li l-maġġoranza tal-objettivi tal-PNR tal-preżent mhumiex biżżejjed esiġenti biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020?

3. Il-Kummissjoni kkunsidrat li żżid il-kontribut tal-baġit tal-UE bil-għan li jinkisbu l-objettivi tal-impjiegi u soċjali tal-Ewropa 2020? Taqbel il-Kummissjoni li jeħtieġ li jkun hemm attenzjoni akbar fuq it-tfassil tal-politika bbażat fuq ir-riżultati?

4. Xi jkunu l-effetti jekk l-objettivi dwar l-impjiegi u għat-tnaqqis tal-faqar isiru vinkolanti bħalma huma dawk tal-konsolidament fiskali, sabiex iqiegħed il-kunsiderazzjonijiet soċjali fuq l-istess livell bħal dawk makroekonomiċi? Il-Kummissjoni kif biħsiebha tappoġġa lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li dawn jilħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 tagħhom?