Mistoqsija Parlamentari - O-000089/2014Mistoqsija Parlamentari
O-000089/2014

It-tiġdid tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna għall-UE

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000089/2014
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Claude Moraes, f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Proċedura : 2014/2918(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000089/2014
Testi mressqa :
O-000089/2014 (B8-0044/2014)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Nhar l-20 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni adottat ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna għall-UE 2010-2014. Ir-rapport kellu wkoll l-għan li jniedi diskussjoni dwar il-politiki u konsultazzjoni fir-rigward tal-aspetti u l-prijoritajiet tal-Istrateġija l-ġdida ta' Sigurtà Interna għall-perjodu 2015-2019.

1. Il-Kunsill jista' jindika liema, fil-fehma tiegħu, għandhom ikunu l-prijoritajiet u l-azzjonijiet ewlenin tal-Istrateġija l-ġdida ta' Sigurtà Interna?

2. Il-Kunsill jista' jindika l-iskeda ta' żmien li qed jipprevedi għall-adozzjoni tal-Istrateġija l-ġdida ta' Sigurtà Interna u kif beħsiebu jqis il-kontribut tal-Parlament?