Proċedura : 2014/2987(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000002/2015

Testi mressqa :

O-000002/2015 (B8-0103/2015)

Dibattiti :

PV 10/02/2015 - 5
CRE 10/02/2015 - 5

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 191kWORD 27k
22 ta' Jannar 2015
O-000002/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000002/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Marita Ulvskog, f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

 Suġġett: Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati
 Tweġiba fil-plenarja 

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2014, il-Parlament appella lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-inizjattivi politiċi potenzjali mmirati lejn it-tnaqqis tal-ostakli għall-iskemi transkonfinali ta' parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati u biex tipprovdi informazzjoni u tqajjem kuxjenza dwar il-kwistjoni, peress li ħafna impjegati u impjegaturi Ewropej – b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju – fil-preżent ma għandhomx aċċess għal informazzjoni dwar l-oqfsa ġuridiċi u fiskali għall-skemi ta' parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati.

Studju reċenti tal-Kummissjoni jirrakomanda pjan fuq ħames punti għall-promozzjoni ta' sjieda tal-ishma min-naħa tal-impjegati.

Madankollu, l-implimentazzjoni ta' politiki ta' dan it-tip tinvolvi sfidi sinifikanti, u hemm riskji għall-impjegati involuti.

1. Kif biħsiebha l-Kummissjoni tippromovi l-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fid-dawl tar-riżoluzzjoni tal-PE u x'tagħlimiet ittieħdu mill-proġett pilota reċenti?

2. Il-Kummissjoni kif biħsiebha tiżgura l-konformità mal-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1992, pereżempju l-ebda sostituzzjoni ta' pagi, l-ebda diskriminazzjoni u l-ebda kunflitt ma' parteċipazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet?

3. Il-Kummissjoni kif biħsiebha tippromwovi l-aħjar prattika għal skemi ta' sjieda tal-ishma min-naħa tal-impjegati?

4. Il-Kummissjoni kif qed tippjana li tiżgura l-parteċipazzjoni tal-impjegati u l-inklużjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-iskemi ta' dan it-tip?

5. Il-Kummissjoni biħsiebha tiżviluppa mudelli ta' sjieda strateġika fir-rigward tal-ishma tal-impjegati fl-iskemi ta' sjieda tal-ishma min-naħa tal-impjegati, b'mod li tissodisfa l-interessi fit-tul tal-kumpanija u tal-impjegati tagħha?

6. Liema miżuri għandhom jittieħdu biex jipproteġu t-tfaddil tal-impjegati investit f'kumpanija fil-każ ta' kriżi jew li l-kumpanija ssir insolventi, b'mod li jiġi evitat ir-riskju doppju li l-impjegati jitilfu l-impjieg (l-introjtu) u t-tfaddil tagħhom fl-istess ħin?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza