Mistoqsija Parlamentari - O-000016/2015Mistoqsija Parlamentari
O-000016/2015

Expo Milano 2015: 'Ikel għall-Pjaneta, Enerġija għall-Ħajja'

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000016/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Paolo De Castro, f'isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Proċedura : 2015/2574(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000016/2015
Testi mressqa :
O-000016/2015 (B8-0109/2015)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

L-UE se jkollha preżenza sinifikanti fil-paviljun tagħha fil-ftuħ tal-Espożizzjoni Universali 'Ikel għall-Pjaneta, Enerġija għall-Ħajja' f’Milan f’Mejju 2015 (EXPO Milano 2015).

Il-Kumitat ta’ Tmexxija Xjentifiku tal-UE għall-EXPO 2015 approva dokument intitolat 'Is-sigurtà tal-ikel u tan-nutrizzjoni globali u r-rwol tar-riċerka fl-UE: dokument ta’ diskussjoni'.

Il-Kumitat tal-Parlament għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali diġà kellu diversi seduti ta’ smigħ dwar dawn is-suġġetti, fejn jistimula dibattitu effettiv u produttiv kemm fost il-Membri kif ukoll il-partijiet interessati.

F’dan il-kuntest, x’azzjoni konkreta biħsiebha tieħu l-Kummissjoni sabiex:

1. ittejjeb s-sigurtà tal-produzzjoni u l-provvisti tal-ikel billi tindirizza l-iskarsezza tar-riżorsi naturali u bil-promozzjoni tar-riċerka u forom sostenibbli ta’ agrikoltura;

2. tiġġieled kontra l-ħela tal-ikel tul il-katina tal-provvista agroalimentari kollha, b’miri ambizzjużi, definiti b’mod ċar u vinkolanti;

3. tippromwovi ikel tajjeb għas-saħħa u standards ta’ kwalità fil-qasam tan-nutrizzjoni, kemm f’termini ta’ riċerka u edukazzjoni – inkoraġġiment responsabbli u stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa – u permezz tal-iżvilupp ta’ politiki li jgħinu biex tiġi eradikata l-malnutrizzjoni u tiġi prevenuta l-obeżità?