Mistoqsija Parlamentari - O-000026/2015Mistoqsija Parlamentari
O-000026/2015

L-użu ta' fondi Ewropej fl-ajruporti

17.3.2015

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000026/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Marie-Christine Arnautu, Marco Zanni, Marco Affronte, Laura Agea, Rosa D'Amato, Tiziana Beghin, Ignazio Corrao, Marco Valli, Fabio Massimo Castaldo, Isabella Adinolfi, Piernicola Pedicini, Hans Jansen, Dario Tamburrano, Laura Ferrara, Eleonora Evi, Marco Zullo, Jean-Luc Schaffhauser, Joëlle Mélin, Mireille D'Ornano, Sylvie Goddyn, Jean-François Jalkh, Philippe Loiseau, Florian Philippot, Nicolas Bay, Gilles Lebreton, Sophie Montel, Dominique Bilde, Steeve Briois, Marie-Christine Boutonnet, Georg Mayer, Mylène Troszczynski, Bernard Monot, Aymeric Chauprade, Edouard Ferrand, Louis Aliot, Gianluca Buonanno, Matteo Salvini, Angel Dzhambazki, Vicky Maeijer, Peter Lundgren, Bruno Gollnisch, Marine Le Pen, Jean-Marie Le Pen, Mario Borghezio, Dominique Martin, Franz Obermayr, Gerolf Annemans, Harald Vilimsky, Lorenzo Fontana, Olaf Stuger, David Borrelli, Barbara Kappel, Mara Bizzotto, Daniela Aiuto, Marcel de Graaff, Giulia Moi

Skont awditu tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, għexieren ta' miljuni ta' ewro ta' fondi Ewropej ġew investiti inutilment f'ajruporti. Bejn l-2000 u l-2013, intefqu 666 miljun euro biex jiġu żviluppati 20 ajruport fi Spanja, fl-Estonja, fil-Greċja, fl-Italja u fil-Polonja. Għaxra biss minn dawn l-ajruporti fil-fatt kellhom bżonn estensjonijiet. L-għaxra l-oħra ma rreġistrawx iż-żieda fit-traffiku prevista bejn l-2007 u l-2013. Mis-666 miljun euro, 225 miljun intefqu fuq installazzjonijiet eċċessivament kbar skont il-Qorti, u dan bla ma tjieb is-servizz għall-utenti u bla ma nħolqu impjiegi ġodda. Pereżempju, l-ajruport ta' Cordoue tkabbar biex jilqa' 179 000 passiġġier fis-sena iżda laqa' biss 7 000 passiġġier fl-2013.

1. Għaliex il-Kummissjoni ma wettqitx ippjanar u ma għamlitx previżjonijiet biex tevalwa l-utilità ta' dawn l-investimenti?

2. Il-Kummissjoni kif biħsiebha tiżgura użu effikaċi tal-fondi Ewropej għall-perjodu ta' programmazzjoni baġitarja 2014-2020 sabiex tevita ħela bħal din?