Mistoqsija Parlamentari - O-000035/2015Mistoqsija Parlamentari
O-000035/2015

L-impenji tal-Istati Membri tal-UE għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA)

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000035/2015
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Linda McAvan, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp

Proċedura : 2015/2611(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000035/2015
Testi mressqa :
O-000035/2015 (B8-0113/2015)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fl-2005, l-Istati Membri tal-UE impenjaw ruħhom biex sa din is-sena, l-2015, ikunu żiedu l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) għal 0.7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tagħhom, (l-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 jew aktar tard wiegħdu li jirsistu biex jilħqu 0.33 % sal-2015).

Fl-2013, erba’ Stati Membri kienu laħqu jew qabżu l-livell ta' ODA fil-mira tagħhom, u l-ODA kollettiva tal-UE kienet ta’ 0.43 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING).

1. Il-Kunsill biħsiebu jikkonferma mill-ġdid l-impenji tal-UE u tal-Istati Membri favur il-mira ta’ 0.7 % tal-ING f’ODA, inkluż bejn 0.15 u 0.20 % tal-ING f’ODA għall-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, qabel il-Konferenza Internazzjonali ta' bejn it-13 u s-16 ta’ Lulju 2015 dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp f’Addis Ababa?

2. Il-Kunsill jaqbel li l-impenn kontinwu u msaħħaħ favur l-għoti ta’ ODA huwa wkoll importanti ħafna għas-suċċess tal-konferenzi internazzjonali f’Addis Ababa, New York u Pariġi din is-sena, fejn għandhom jintlaħqu l-ftehimiet dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-azzjoni klimatika sal-2030?