L-impenn tal-Istati Membri tal-UE għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA)
9.4.2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000036/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Linda McAvan, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp
Fl-2005, l-Istati Membri tal-UE impenjaw ruħhom li sa din is-sena, l-2015, ikunu żiedu l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) għal 0.7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tagħhom (l-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 jew aktar tard wiegħdu li jirsistu biex jilħqu 0.33 % sal-2015).
Fl-2013, erba' Stati Membri kienu laħqu jew qabżu l-livell ta' mira tagħhom għall-ODA, u l-ODA kollettiva tal-UE kienet 0.43 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING).
1 X'azzjoni ulterjuri biħsiebha tieħu l-Kummissjoni biex tiżgura li l-Istati Membri jerġgħu jikkonfermaw l-impenji tagħhom rigward l-ODA qabel ma tiltaqa' f'Addis Ababa, mit-13 sas-16 ta' Lulju 2015, il-Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp?
2. Il-Kummissjoni taqbel li impenn kontinwu u msaħħaħ favur l-għoti ta' ODA huwa wkoll importanti ħafna għas-suċċess tal-konferenzi internazzjonali f'Addis Ababa, New York u Pariġi din is-sena, fejn għandhom jintlaħqu ftehimiet dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-azzjoni klimatika sal-2030?