Direttiva dwar il-liv tal-maternità
6.5.2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000049/2015
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Iratxe García Pérez, Maria Arena, f'isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Sa mill-bidu ta' dan it-terminu leġiżlattiv, il-Parlament f'bosta okkażjonijiet - inkluż fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013 - iddikjara b'mod ċar ir-rieda tiegħu li flimkien mal-Kunsill jieħu l-impenn u jibda negozjati dwar id-Direttiva dwar il-Liv tal-Maternità. Il-Parlament huwa prammatiku, kostruttiv u miftuħ għall-ilħiq ta' ftehim soddisfaċenti għaż-żewġ istituzzjonijiet, u iktar importanti minn hekk, għaċ-ċittadini Ewropej. Il-Parlament huwa konvint li l-blokk jista' jiġi żblukkat jekk it-tliet istituzzjonijiet juru biżżejjed rieda politika.
Minkejja dawn is-sinjali inekwivokabbli, ma kienx hemm l-ebda tweġiba tal-Kunsill. Il-Kummissjoni sadattant iddikjarat f'bosta okkażjonijiet l-intenzjoni tagħha li tirtira l-proposta jekk il-koleġiżlaturi ma jsibux mod kif joħorġu mill-blokk fi żmien sitt xhur.
L-irtirar imħabbar saħansitra jagħmel inqas sens meta jitqies li l-Parlament ikkonkluda l-ewwel qari tiegħu, filwaqt li d-diskussjonijiet fil-Kunsill jinsabu blukkati, u bhekk qed tiġi pperikolata l-proċedura leġiżlattiva kollha kemm hi.
1. Il-Kunsill, bħala koleġiżlatur, jista’ jesprimi pożizzjoni uffiċjali fir-rigward tal-ewwel qari tal-Parlament u jieħu r-responsabbiltà għaċ-ċaħda tat-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu?