Proċedura : 2015/2697(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000065/2015

Testi mressqa :

O-000065/2015 (B8-0567/2015)

Dibattiti :

PV 07/07/2015 - 14
CRE 07/07/2015 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 190kWORD 26k
1 ta' Ġunju 2015
O-000065/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000065/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Claude Moraes, f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

 Suġġett: Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà
 Tweġiba fil-plenarja 

Fit-28 ta’ April 2015 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà għall-perjodu 2015-2020 (COM(2015)0185), li tieħu post l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna (2010-2014). L-aġenda tistabbilixxi l-prijoritajiet u l-prinċipji ewlenin fil-qasam tas-sigurtà kif ukoll il-miżuri tal-Unjoni li għandhom l-għan li jtejbu l-iskambju ta’ informazzjoni, isaħħu l-kooperazzjoni operattiva u jipprovdu azzjonijiet ta’ appoġġ għall-Istati Membri. Il-Kummissjoni stiednet lill-Parlament u lill-Kunsill biex iħaddnu l-Aġenda, u appellat għal impenn attiv tal-istituzzjonijiet tal-UE fl-implimentazzjoni tagħha.

1. Il-Kummissjoni tista' tindika kif bi ħsiebha timplimenta l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, u kif se tikkoopera mal-Parlament fil-proċess ta’ monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Aġenda?

2. Il-Kummissjoni rċeviet il-valutazzjonijiet mill-aġenziji affettwati mill-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà — b’mod partikolari l-Europol, il-Frontex, l-Eurojust u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) — dwar il-bżonnijiet ta' riżorsi umani u finanzjarji tagħhom? Jekk iva, xi bżonnijiet ikkomunikaw dawn l-aġenziji lill-Kummissjoni u d-Direttorat Ġenerali kkonċernat f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi u persunal addizzjonali, u l-Kummissjoni hija lesta li tindirizza dawn il-ħtiġijiet b’mod xieraq fil-baġit propost?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza