Proċedura : 2015/2731(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000067/2015

Testi mressqa :

O-000067/2015 (B8-0560/2015)

Dibattiti :

PV 24/06/2015 - 21
CRE 24/06/2015 - 21

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 275kWORD 26k
3 ta' Ġunju 2015
O-000067/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000067/2015
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Burkhard Balz, Alain Lamassoure, Pablo Zalba Bidegain, f'isem il-Grupp PPE
Sylvie Goulard, Sophia in 't Veld, Ramon Tremosa i Balcells, Nils Torvalds, Petr Ježek, Philippe De Backer, Michael Theurer, f'isem il-Grupp ALDE

 Suġġett: Trasparenza tal-applikazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir
 Tweġiba fil-plenarja 

Huwa importanti għall-kredibbiltà tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST), b’mod partikolari r-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u Nru 1467/97, li l-applikazzjoni tar-regoli tiegħu tkun trasparenti, konsistenti u ġusta fl-Istati Membri kollha, f’waqtha u bbażata fuq analiżi ekonomika soda.

1. Il-Kunsill jista’ jispjega fuq liema valutazzjonijiet ekonomiċi bbaża d-deċiżjoni tiegħu li jadotta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fil-qafas tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir?

2. Jista’ jispjega fuq liema valutazzjoni ekonomika bbaża d-deċiżjoni tiegħu li jadotta r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill 6704/15 tal-5 ta’ Marzu 2015 bil-għan li jġib fit-tmiem id-defiċit eċċessiv tal-gvern fi Franza?

3. Jaqbel li l-pubblikazzjoni tal-analiżi ekonomika tal-Kummissjoni fil-qafas tal-applikazzjoni tal-PST issaħħaħ il-fiduċja fir-regoli? Jaqbel li analiżi ekonomika indipendenti fi ħdan il-Kummissjoni għandha tissaħħaħ sabiex tipprovdi evalwazzjoni addizzjonali u indipendenti tal-applikazzjoni tar-regoli?

4. Huwa jqis li l-Komunikazzjoni COM(2015)0012 dwar l-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, li l-Kummissjoni użat fl-interpretazzjoni tal-applikazzjoni tar-regoli, hija fil-partijiet kollha, partikolarment fir-rigward tat-trattament ta’ riformi strutturali kbar taħt il-parti preventiva u dik korrettiva tal-Patt, legalment kompatibbli bis-sħiħ mar-regoli tal-PST u l-Kodiċi ta’ Kondotta tiegħu, u jekk le, għaliex le?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza