Proċedura : 2015/2879(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000103/2015

Testi mressqa :

O-000103/2015 (B8-0761/2015)

Dibattiti :

PV 06/10/2015 - 13
CRE 06/10/2015 - 13

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 192kWORD 28k
16 ta' Settembru 2015
O-000103/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000103/2015
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Elena Valenciano, f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

 Suġġett: Il-piena tal-mewt
 Tweġiba fil-plenarja 

L-10 ta' Ottubru 2015 hu t-13-il Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt. Din l-okkażjoni tipprovdi lill-Unjoni Ewropea b’opportunità biex tafferma mill-ġdid ir-rwol ewlieni tagħha fil-kampanja għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet.

Filwaqt li sar progress sostanzjali f’għadd ta’ pajjiżi, għad baqa' triq twila qabel ma l-piena tal-mewt tkun abolita fid-dinja kollha, u jeħtieġ li jkompu l-isforzi li jappoġġaw l-inizjattiva. Fl-1977, 16-il pajjiż biss kienu neħħew il-piena tal-mewt fil-liġi jew fil-prattika. Illum dawn huma 140 pajjiż.

Mit-58 pajjiż u territorju li żammew il-piena tal-mewt, 22 wettqu eżekuzzjonijiet fl-2014. F’xi wħud minn dawn il-pajjiżi, sfortunatament, l-għadd ta’ eżekuzzjonijiet jew għadu kbir jew saħansitra żdied b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin.

It-tema tal-jum internazzjonali ta' din is-sena tiffoka l-attenzjoni fuq sentenzi ta’ piena tal-mewt għal delitti marbuta mad-drogi. Għall-kuntrarju tax-xejra ġenerali ta’ dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, għadd dejjem akbar ta’ pajjiżi għaddew liġijiet li jippermettu l-piena tal-mewt għal delitti marbuta mad-drogi. Dan l-iżvilupp jeħtieġ jiġi indirizzat ukoll mill-Unjoni Ewropea. Il-Linji Gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt, li ġew riveduti fl-2013, jiddikjaraw b’mod ċar li l-piena tal-mewt “lanqas m’għandha tiġi imposta għal delitti marbuta mad-drogi.”

Filwaqt li jqis dan il-kuntest, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem jitolbu lill-Kunsill iwieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

1. X’miżuri ttieħdu biex il-kampanja għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt tiġi integrata sistematikament fil-politika barranija u r-relazzjonijiet esterni tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tar-relazzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi li għad għandhom il-piena tal-mewt?

2. X’azzjonijiet lest li jieħu l-Kunsill f’sitwazzjonijiet fejn pajjiżi terzi huma responsabbli għal żieda sinifikanti fl-għadd ta’ eżekuzzjonijiet jew bidu mill-ġdid tal-eżekuzzjonijiet?

3. Meta nqisu l-projbizzjoni inekwivoka fil-Linji Gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt għal delitti marbuta mad-drogi, liema miżuri qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-kooperazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra d-drogi ma tikkontribwixxix biex jiġu imposti sentenzi tal-mewt kontra persuni suspettati li wettqu delitti f’dan il-kuntest?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza