Mistoqsija Parlamentari - O-000106/2015Mistoqsija Parlamentari
O-000106/2015

Pakkett Fruntieri Intelliġenti

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000106/2015
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Claude Moraes, f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Proċedura : 2015/2868(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000106/2015
Testi mressqa :
O-000106/2015 (B8-0766/2015)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fit-3 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissarju Avramopoulos ħabbar li l-proposti tal-Kummissjoni tal-2013 dwar il-pakkett Fruntieri Intelliġenti se jiġu rtirati u sostitwiti minn proposti ġodda fi tmiem l-2015 jew fil-bidu tal-2016.

Dwar is-sistema ta’ dħul/ħruġ u l-programm ta’ vjaġġaturi reġistrati previsti, il-Kunsill iqis li huma tweġibiet xierqa u/jew adegwati għas-sitwazzjoni attwali u dik futura tal-fruntiera esterna tal-UE fid-dawl taż-żieda kostanti fl-ammont ta' persuni li jaqsmu l-fruntiera, u jekk iva, għaliex?

Dwar is-sistema ta’ dħul/ħruġ prevista, il-Kunsill iqis li hija strument xieraq biex jitnaqqas l-għadd ta’ persuni b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta u jekk iva, għaliex?

X’inhuma l-fehmiet tal-Kunsill dwar l-aċċess għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi?

X’inhuma l-fehmiet tal-Kunsill dwar l-għanijiet intenzjonati tagħhom?

Jista’ l-Kunsill jispjega r-riflessjonijiet tiegħu dwar is-sistemi inkluż dwar l-arkitettura, l-identifikaturi bijometriċi, u l-perjodi ta’ żamma ta' data?

Kemm tista’ s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar iż-Żamma ta' Data tħalli impatt fuq il-proposti kif inhuma?

X’inhi l-fehma tal-Kunsill dwar it-titjib tal-għodod eżistenti biex jinkisbu l-għanijiet maħsuba tas-sistema ta’ dħul/ħruġ u l-programm ta’ vjaġġaturi reġistrati u dwar l-interoperabilità u l-kompatibilità ta’ diversi sistemi tal-IT li diġà jeżistu fir-rigward tal-pakkett Fruntieri Intelliġenti?

X’inhi l-fehma tal-Kunsill dwar l-ispejjeż tal-pakkett Fruntieri Intelliġenti, b’mod partikolari l-ispejjeż li mhumiex (kompletament) koperti mill-Fond għas-Sigurtà Interna?