Mistoqsija Parlamentari - O-000126/2015Mistoqsija Parlamentari
O-000126/2015

L-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa fl-UE

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000126/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Iratxe García Pérez, f'isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Proċedura : 2015/2855(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000126/2015
Testi mressqa :
O-000126/2015 (B8-1105/2015)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Illum, fil-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, kien ftit il-progress li sar biex tiġi eliminata l-vjolenza kontra n-nisa minn meta sar l-istħarriġ fl-2014 mal-UE kollha mill-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali; barra minn hekk, l-abbuż estensiv li jaffettwa l-ħajja ta' ħafna nisa jibqa' sistematikament mhux irrapportat lill-awtoritajiet. Sena ilu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet taqsam magħna "l-impenn tagħna li tiġi eliminata l-vjolenza kontra n-nisa. Dan ikun rifless fl-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, li fiha ser ikun hemm kapitolu dwar il-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru."

1. Il-Kummissjoni, meta se tippubblika din l-istrateġija l-ġdida għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u liema pilastri ser jiġu proposti bil-ħsieb li jiġu miġġielda effettivament il-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa? Fin-nuqqas ta' strateġija ġdida, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra li tipproponi direttiva speċifika dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, kif talab il-Parlament? Jekk le, għalfejn le?

2. Matul l-aħħar sena, x'passi legali u azzjonijiet konkreti ħadet il-Kummissjoni biex b'mod attiv tniedi l-proċedura ta' ratifika mill-Istati Membri tal-Konvenzjoni ta' Istanbul u tal-adeżjoni tal-UE għaliha? X'kienu r-riżultati tal-istudju li nediet fuq dan is-suġġett?

3. Il-Kummissjoni tista' tevalwa l-istat attwali tat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar l-Ordni ta' Protezzjoni Ewropea, u meta se jiġi ppubblikat ir-rapport ta' implimentazzjoni? Tista' l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li tiġi attivata l-klawżola "passerelle" billi tkun inkluża l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru bħala qasam ta' kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?

4. Il-Kummissjoni kif qiegħda tippjana li tikkoopera ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE sabiex tistabbilixxi s-sena 2017 bħala s-Sena tal-UE Biex Tintemm il-Vjolenza Kontra n-Nisa, li ripetutament ġiet mitluba bħala għodda essenzjali ta' sensibilizzazzjoni?

5. Il-Kummissjoni hija kommessa tirrevedi l-leġiżlazzjoni eżistenti u l-mekkaniżmi ta' infurzar tal-liġi bil-għan li effettivament tikkumbatti forom emerġenti ta' vjolenza kontra n-nisa u t-tfajliet, bħall-vjolenza ċibernetika u l-fastidju, eċċ?