Proċedura : 2015/2772(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000127/2015

Testi mressqa :

O-000127/2015 (B8-1103/2015)

Dibattiti :

PV 27/10/2015 - 14
CRE 27/10/2015 - 14

Votazzjonijiet :

PV 26/11/2015 - 11.8

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 193kWORD 29k
15 ta' Ottubru 2015
O-000127/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000127/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Iskra Mihaylova, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

 Suġġett: Lejn orjentazzjoni simplifikata u ta' prestazzjoni fil-politika ta' koeżjoni għall-2014-2020
 Tweġiba fil-plenarja 

L-istituzzjonijiet tal-UE għamlu passi sinifikanti — billi inkludew miżuri ta’ simplifikazzjoni fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni u stabilixxew Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Esperti Indipendenti dwar is-simplifikazzjoni tal-monitoraġġ għall-benefiċjarji ta’ Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) fi ħdan il-Kummissjoni biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ simplifikazzjoni.

Minkejja dawn l-isforzi, l-użu eċċessiv ta’, jew l-aderenza stretta għal, formalitajiet għadu qed ifixkel il-ġestjoni effiċjenti tal-Fondi SIE fl-UE kif ukoll fil-livell tal-Istat Membru, dak reġjonali u lokali.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni:

1. se jieħdu passi kuraġġużi biex jiġi evitat li jinħolqu ostakli u, fejn tali ostakoli jeżistu, jiġu eliminati? L-inizjattivi u l-linji gwida relatati mas-simplifikazzjoni, ibbażati fuq l-aħjar prattiki u r-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ livell għoli, jeħtieġ li jkunu kondiviżi mal-Istati Membri u r-reġjuni sabiex jiġi mħeġġeġ tnaqqis fil-piż amministrattiv u fiż-żieda ta’ rekwiżiti mhux meħtieġa, li jistgħu jseħħu fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali matul it-traspożizzjoni tal-liġi tal-UE, kif ukoll sabiex titnaqqas il-frekwenza ta’ tibdil fir-regoli, biex tkun simplifikata u ċċarata l-lingwa użata u biex il-proċeduri jiġu standardizzati.

2. se tistinka biex jinkiseb l-aħjar bilanċ bejn ir-responsabbiltà u s-simplifikazzjoni? F’dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew jemmen li hemm bżonn li jiġi ppubblikat u implimentat pjan direzzjonali bl-għan li tintlaħaq politika ta’ koeżjoni ġestita b’mod aktar effiċjenti għall-perjodu 2014-2020.

3. se timmira biex ikun hemm implimentazzjoni sħiħa ta’ koeżjoni elettronika fil-ġestjoni tal-Fondi SIE, u biex jintużaw aktar forom differenti ta’ appoġġ, bħal ħlas ta’ somom f’daqqa u finanzjament b’rata fissa, li jġibu vantaġġi għall-benefiċjarji kollha?

4. se tistabbilixxi u timplimenta, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri, approċċ ħafif għal rekwiżiti ta' data u ta’ informazzjoni għal benefiċjarji matul il-proċess ta’ applikazzjoni u fir-rigward ta’ rappurtar relatati mal-finanzjament tal-UE taħt ġestjoni kondiviża, u tħeġġeġ l-iskambju ta’ prattiki tajbin?

5. se tinvolvi ruħha fi djalogu strutturat u permanenti mal-Parlament, mal-Kumitat tar-Reġjuni u partijiet interessati oħra, li huwa ta’ importanza kbira mhux biss biex jiġi sorveljat il-proċess ta’ simplifikazzjoni, iżda wkoll biex il-Kummissjoni tkun tista' taċċetta suġġerimenti li jsiru mill-Parlament Ewropew ħalli tirfina aktar il-proċeduri amministrattivi matul il-perjodu finanzjarju 2014-2020? Dan se jkun ta’ benefiċċju għal dawk kollha involuti.

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza