Mistoqsija Parlamentari - O-000147/2015Mistoqsija Parlamentari
O-000147/2015

Edukazzjoni għal tfal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kriżijiet imtawla

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000147/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Linda McAvan, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp

Proċedura : 2015/2977(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000147/2015
Testi mressqa :
O-000147/2015 (B8-1108/2015)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Huwa stmat li 65 miljun tifel u tifla huma milquta minn sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kriżijiet imtawla f'35 pajjiż, u li madwar 37 miljun tifel u tifla fl-età tal-iskola primarja u sekondarja mhumiex qed jattendu skola f’pajjiżi milquta minn kriżijiet. Madankollu, l-edukazzjoni matul sitwazzjonijiet ta' emerġenza tikkostitwixxi l-iktar settur sottofinanzjat, b'biss 2% tal-għajnuna umanitarja ddedikata għal dawn il-ħtiġijiet. Filwaqt li l-edukazzjoni ma titqiesx tradizzjonalment bħala kwistjoni umanitarja, iżda pjuttost każ għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, hemm kuxjenza dejjem ikbar dwar il-fatt li l-edukazzjoni għandha sservi bħala mezz għall-protezzjoni tat-tfal, u għall-bini tar-reżiljenza.

L-edukazzjoni matul sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ta' kriżi turi b'mod ċar ħafna l-bżonn għal koerenza bejn il-politiki tal-UE, u l-bżonn li tiċkien id-differenza bejn l-għajnuna umanitarja u dik għall-iżvilupp, billi jinħoloq Kollegament bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp (LRRD).

Il-Kummisjoni x'passi konkreti biħsiebha tieħu bl-għan li tiżgura rispons iktar integrat, sistematiku u effettiv għall-ħtiġijiet ta' edukazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, bi qbil mal-LRRD?