Proċedura : 2015/2936(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000152/2015

Testi mressqa :

O-000152/2015 (B8-1113/2015)

Dibattiti :

PV 15/12/2015 - 3
CRE 15/12/2015 - 3

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2015 - 9.8

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 187kWORD 25k
1 ta' Diċembru 2015
O-000152/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000152/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Roberto Gualtieri, f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

 Suġġett: Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa
 Tweġiba fil-plenarja 

F’dak li jirrigwarda l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2015 “dwar passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja” (COM(2015)0600), il-Kummissjoni hija mitluba twieġeb għal dan li ġej:

– Tista’ l-Kummissjoni tikkjarifika kif, skont il-kalendarju l-ġdid għas-Semestru Ewropew mħabbar fil-Komunikazzjoni, hija ser tiżgura r-rwol ta’ skrutinju tal-Parlament kif stabbilit fi ħdan iċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew?

– Tista’ tipprovdi aġġornament dwar il-Ftehim Interistituzzjonali dwar is-Semestru Ewropew bejn il-Parlament, il-Kunsill ECOFIN, il-Kummissjoni u l-Grupp tal-Euro, kif imsemmi fir-rapport tal-Ħames Presidenti?

– Tista’ tikkjarifika kif għandha l-ħsieb li tfittex aktar il-leġittimità demokratika għas-Semestru Ewropew?

– Tista' telabora dwar id-deċiżjoni tagħha li tipproponi li l-President tal-Grupp tal-Euro ikun ir-rappreżentant taż-żona tal-euro fi ħdan il-Fond Monetarju Internazzjonali?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza