Mistoqsija Parlamentari - O-000153/2015Mistoqsija Parlamentari
O-000153/2015

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasparenza f'Arbitraġġ ibbażat fuq Trattat, bejn l-Investituri u l-Istat

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000153/2015
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Bernd Lange, Salvatore Cicu, f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Proċedura : 2015/2930(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000153/2015
Testi mressqa :
O-000153/2015 (B8-0104/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Tradizzjonalment, is-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-investitur u l-Istat (ISDS) kienet issir abbażi ta' regoli tal-arbitraġġ kummerċjali, li jistgħu jqajmu kwistjonijiet ta' ordni pubbliku jew iħallu impatt fuq il-finanzi pubbliċi. Għaldaqstant, aktar trasparenza fl-arbitraġġ hija ta' importanza fundamentali. L-Unjoni hija favur konvenzjoni multilaterali li tipprevedi l-applikazzjoni tar-Regoli tal-Kummissjoni tan-NU għad-Dritt Kummerċjali Internazzjonali (UNCITRAL) dwar it-Trasparenza għall-ISDS li tirriżulta minn ftehimiet konklużi qabel l-1 ta' April 2014. Il-Konvenzjoni tan-NU dwar it-Trasparenza f'Arbitraġġ ibbażat fuq Trattat, bejn l-Investituri u l-Istat (il-Konvenzjoni ta' Mauritius) ġiet adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-10 ta' Diċembru 2014. Billi tiffirma l-konvenzjoni, l-UE ssir parti għalija fir-rigward tat-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija u l-Istati Membri jiġu awtorizzati jiffirmaw il-konvezjoni b'mod individwali fir-rigward tat-trattati bilaterali tagħhom fuq l-investiment. Madankollu, tilwima bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar kwistjonijiet ta' sustanza u proċedurali relatati mat-teħid ta' deċiżjonijiet waqqfet lill-Unjoni milli tiffirma l-konvenzjoni. (Minflok, tmien Stati Membri iffirmawha f'isimhom s'issa; madankollu, l-għoti ta' setgħa hija meħtieġa għall-Istati Membri biex japplikaw ir-regoli ta' trasparenza tal-UNCITRAL għat-trattati bilaterali fuq l-investiment eżistenti.) It-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija huwa eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli, li jfisser li f'dawk li każijiet ta' ISDS fejn l-Unjoni hija l-konvenuta u r-rikorrent huwa minn Stat mhux Membru tal-UE, ir-regoli ta' trasparenza ma jistgħux jiġu applikati. F'dawk il-każijiet fejn l-Istati Membri huma konvenuti, ir-regoli japplikaw biss għal dawk li ffirmaw il-konvenzjoni. Din hija sitwazzjoni ta' tħassib serju peress li t-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija fis-snin reċenti kien l-aktar wieħed li qajjem każijiet ta' ISDS madwar id-dinja. Fid-dawl tal-istall attwali, il-Presidenza tista' twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin?

1. Il-Presidenza qiegħda tagħmel pressjoni fuq dawk l-Istati Membri li qegħdin iżommu lill-UE milli tiffirma l-konvenzjoni, sabiex l-UE tkun tista' tiffirmaha?

2. Il-Presidenza taħseb li dan in-nuqqas ta' koerenza jirrifletti ħażin fuq id-dehra tal-Unjoni bħala attur fuq livell internazzjonali, meta hija tibqa' mhux kapaċi timplimenta soluzzjoni multilaterali biex tindirizza ċertu problemi prattiċi fis-sistema eżistenti li tirregola t-tilwim, li l-Unjoni stess appoġġat?

3. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe titjib ulterjuri sussegwenti fir-reġim internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-investiment, il-Presidenza se timpenja ruħha li taħdem sabiex tipprovdi lill-Istati Membri kollha bl-applikazzjoni tar-regoli ta' trasparenza għat-trattati bilaterali fuq l-investiment li huma diġà fis-seħħ?