Mistoqsija Parlamentari - O-000012/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000012/2016

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE)

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000012/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Iskra Mihaylova, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Proċedura : 2015/3013(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000012/2016
Testi mressqa :
O-000012/2016 (B8-0105/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B'mod ġenerali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-Istati Membri federali għandhom kamp ta' applikazzjoni akbar – minħabba s-setgħat miksuba – minn dawk fl-Istati Membri mhux federali, fit-tfassil ta' politiki nazzjonali li jkollhom impatt fuq il-livelli reġjonali u lokali. Fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni, il-grad ta’ konsultazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, mill-istadju tan-negozjati dwar ir-regolamenti sal-adozzjoni tal-programmi operattivi, żdied matul iż-żmien. Madankollu, il-punt sa fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu kkonsultati jvarja minn Stat Membru għal ieħor.

l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu qrib iċ-ċittadini u jifhmu aħjar il-ħtiġijiet lokali kif ukoll il-politiki u l-inizjattivi mmirati biex itejbu l-ħajja taċ-ċittadini (fl-oqsma tal-ħolqien tal-impjiegi, l-innovazzjoni, is-saħħa, l-ambjent, l-enerġija, it-trasport, eċċ.). Mill-banda l-oħra, l-awtoritajiet reġjonali u lokali – minħabba li għandhom mezzi limitati – jeħtieġu appoġġ baġitarju aktar sostanzjali u l-kofinanzjament ta’ proġetti milli fuq il-livell nazzjonali.

Il-bliet huma l-muturi tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, imkejjen fertili fejn jinbtu l-arti, il-kultura u l-kreattività, u jservu ta' pjattaforma perfetta għall-innovazzjoni u l-bidu ta' negozji ġodda. Bliet Intelliġenti u l-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti huma żewġ innovazzjonijiet li malajr ġew utilizzati minn dawk li jfasslu l-politika u tradotti f’politiki jew inizjattivi speċifiċi tal-UE. Barra minn hekk, il-ftehim tal-ministri tal-UE dwar id-dikjarazzjoni ta' Riga 2015, witta t-triq għal Aġenda Urbana tal-UE, li issa hi mistennija li twassal għall-"Patt ta’ Amsterdam". Dan tal-aħħar hu programm orjentat lejn il-futur fejn il-parteċipazzjoni tal-bliet Ewropej hi element ċentrali, u li permezz tiegħu l-presidenza Netherlandiża tal-Kunsill tal-2016 għandha l-objettiv li tistabbilixxi approċċ minn isfel għal fuq.

Ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali hu importanti wkoll fl-iżvilupp ta' rabtiet u inizjattivi transkonfinali, li jistgħu jissaħħu bħala parti mill-kooperazzjoni territorjali Ewropea.

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni hija mitluba twieġeb għal dan li ġej:

1. X’appoġġ konkret ser tagħti lill-awtoritajiet reġjonali u lokali bil-għan li ssaħħaħ ir-rwol fil-ġestjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej matul il-perjodu 2014-2020, u l-impatt fuqhom, b’kunsiderazzjoni xierqa tar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom u l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri differenti, bil-għan li jinħoloq tkabbir ekonomiku u impjiegi sostenibbli?

2. Il-Kummissjoni se tniedi konsultazzjoni pubblika, segwita minn inizjattiva possibbli tal-Kummissjoni, dwar il-kwistjoni ta’ kif tista' ssaħħaħ ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali?