Mistoqsija Parlamentari - O-000013/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000013/2016

Il-kundizzjoni tal-insularità

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000013/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Iskra Mihaylova, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Proċedura : 2015/3014(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000013/2016
Testi mressqa :
O-000013/2016 (B8-0106/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Ir-reġjuni insulari, ikklassifikati bħala r-reġjuni NUTS-2 u NUTS-3, għandhom karatteristiċi permanenti komuni u speċifiċi u karatteristiċi li jiddistingwuhom b’mod ċar mir-reġjuni kontinentali. L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirrikonoxxi li t-territorji insulari jiffaċċjaw żvantaġġi permanenti li jeħtieġu attenzjoni partikolari.

Madankollu, fit-tħejjija għall-perjodu ta’ programmar finanzjarju 2014-2020, ir-reġjuni insulari tal-UE fil-livell NUTS-2 u NUTS-3 ma rċevew l-ebda finanzjament iddedikat, iżda biss il-possibbiltà ta’ modulazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament għal ċerti tipi ta’ gżejjer skont l-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

– Tista’ l-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni ċara tat-tip ta’ żvantaġġi naturali jew demografiċi permanenti skont l-Artikolu 174 (TFUE) li r-reġjuni insulari fil-livelli NUTS-2 u NUTS-3 huma mistennija li jaffaċċjaw?

– X’inhuma l-istrumenti u r-riżorsi speċifiċi ta’ politika ta’ koeżjoni disponibbli biex jindirizzaw l-iżvantaġġi li jirriżultaw mill-insularità?

– Fil-ġejjieni, il-Kummissjoni kif se tindirizza l-konformità mal-Artikolu 174 TFUE fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ żvantaġġi permanenti tat-territorji insulari fil-livelli NUTS-2 u NUTS-3 bħala ostaklu permanenti li jista' jaffettwa l-kisba tal-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni?

– Il-Kummissjoni hija tal-fehma li tista’ tingħata kunsiderazzjoni għal indikaturi oħra apparti l-PDG li jmorru lil hinn mill-kejl tal-produzzjoni ekonomika u li jqisu l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni insulari, bħalma huwa l-indiċi tal-kompetittività reġjonali, bil-għan li jiġu riflessi aħjar il-vulnerabbiltà ekonomika u soċjali li jirriżultaw mill-żvantaġġi naturali permanenti li jiffaċċjaw dawn ir-reġjuni?