Mistoqsija Parlamentari - O-000017/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000017/2016

Ftehim dwar it-tabakk (il-ftehim mal-PMI)

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000017/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Michael Theurer, f'isem il-Grupp ALDE

Proċedura : 2016/2555(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000017/2016
Testi mressqa :
O-000017/2016 (B8-0113/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Bħalissa hemm erba' ftehimiet ta' kooperazzjoni fis-seħħ bejn l-Istati Membri, l-UE u Philip Morris International (PMI), Japan Tobacco International (JTI), Imperial Tobacco Limited (ITL) u British American Tobacco (BAT). Il-ftehim mal-PMI wasal biex jiskadi f'Lulju 2016 u dan jirrikjedi li l-partijiet jiltaqgħu mill-aktar fis bl-għan li jesploraw jekk il-ftehim ta' kooperazzjoni għandux jiġi estiż.

Għal diversi snin, b'mod partikolari minn Mejju 2015, il-Kummissjoni pposponiet il-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni dwar il-ftehim mal-PMI. Il-ftehim mal-PMI għandu jiskadi f'inqas minn 6 xhur u l-Parlament, l-unika korp elett direttament, s'issa ma nżammx infurmat b'mod xieraq. Dan mhuwiex aċċettabbli demokratikament. Iċ-ċittadini Ewropej għandhom ikunu jafu x'inhi l-perspettiva tal-Kummissjoni dwar il-possibbiltà ta' tiġdid tal-ftehim mal-PMI u n-negozjati minn wara l-kwinti li għaddejjin bejn il-Kummissjoni u l-PMI.

1. Il-Kummissjoni meta se tagħti lill-Parlament il-valutazzjonijiet li huwa talab fit-3 ta' April 2014 (ara r-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament rigward ir-"Rapport Annwali 2012 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE" u r-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012)? X'ikkawża dan id-dewmien sostanzjali biex tingħata l-valutazzjoni? Kwalunkwe posponiment ulterjuri jista' jitqies bħala ksur tal-wegħda li l-Kummissjoni għamlet lill-Parlament li tipprovdi l-valutazzjoni fil-ħin.

2. Liema huma r-riżultati prinċipali li nkisbu fl-ambitu tal-ftehimiet attwali mal-produtturi tat-tabakk? X'inhuma l-ostakli? X'inhi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni rigward il-valur miżjud tat-tiġdid tal-ftehimiet attwali?

3. X'inhu l-istat attwali tan-negozjati? Xi skeda hija prevista? Meta u kif se jiġi infurmat il-Parlament?

4. X'kienu l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-Unjoni u l-Istati Membri, inkluż f'termini ta' multi imposti matul il-perjodu tal-ftehimiet?

5. X'tipproponi l-Kummissjoni fir-rigward tal-iskop u t-tqassim tal-benefiċċji finanzjarji ta' kwalunkwe ftehim futur?