Mistoqsija Parlamentari - O-000030/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000030/2016

Tifqigħa tal-virus Zika

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000030/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Annie Schreijer-Pierik, Matthias Groote, Bolesław G. Piecha, José Inácio Faria, Kateřina Konečná, Martin Häusling, Piernicola Pedicini, Joëlle Mélin, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

Proċedura : 2016/2584(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000030/2016
Testi mressqa :
O-000030/2016 (B8-0119/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fl-1 ta' Frar 2016, il-Kumitat Internazzjonali ta' Emerġenza dwar ir-Regolamenti dwar is-Saħħa ddikjara li t-tifqigħa taz-Zika tikkostitwixxi Emerġenza tas-Saħħa Pubblika ta' Tħassib Internazzjonali. L-esperti qablu li hemm suspett kbir ta' rabta kawżali bejn l-infezzjoni taz-Zika matul it-tqala u l-mikroċefalija, għalkemm dan għadu ma ġiex ippruvat xjentifikament u għalhekk il-kawżi kollha possibbli tal-mikroċefalija għandhom jiġu investigati.

1. X'inhu l-istat attwali ta' din it-tifqigħa tal-marda u tal-inċidenza tal-mikroċefalija fl-UE? X'inhu r-riskju tat-trażmissjoni tal-infezzjoni virali taz-Zika fl-UE?

2. Il-Kummissjoni diġà kkunsidrat tagħti parir lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-UE biex jikkollaboraw mas-settur tat-trasport ħalli tiġi żgurata d-diżinfezzjoni tal-merkanzija, tat-trasportaturi tal-merkanzija u tal-kompartimenti tal-kabini u tal-passiġġieri ta' ajruplani li jaslu minn żoni milquta?

3. Il-Kummissjoni temmen li s-somma ta' EUR 10 miljun hija proporzjonata mal-isfida xjentifika estensiva maħluqa mill-virus u l-kumplikazzjonijiet newroloġiċi tiegħu, u l-ħtieġa li jiġu żviluppati testijiet dijanjostiċi, tilqima u trattament ta' din il-marda? B'liema modi l-Kummissjoni tista' tgħin biex tipprevjeni t-tixrid tal-virus fir-reġjuni fejn it-tifqigħa hija l-aktar severa? X'inhuma l-miżuri previsti biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda fit-territorju Ewropew?

4. Xi pajjiżi, reġjuni u muniċipalitajiet fl-UE diġà għandhom ħafna snin ta' esperjenza fil-monitoraġġ, fis-sensitizzazzjoni, fil-prevenzjoni u fil-ġlieda fir-rigward tan-nemusa Aedes aegypti. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni tikkonsulta ma' gvernijiet nazzjonali b'dan l-għarfien espert sabiex tibni l-istrateġija tagħha kontra l-virus taz-Zika?