Mistoqsija Parlamentari - O-000034/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000034/2016

Xi inhi klassifikazzjoni "A tripla soċjali"?

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000034/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Thomas Händel, f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Proċedura : 2015/3024(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000034/2016
Testi mressqa :
O-000034/2016 (B8-0117/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fid-diskors tiegħu ta' Ottubru 2014 lill-Parlament, il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker iddikkjara l-ambizzjoni tiegħu li l-UE tikseb klassifikazzjoni "A tripla soċjali". Ir-"Rapport tal-Ħames Presidenti" intitolat "L-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Europa" rrakkomanda attenzjoni partikolari fuq l-impjiegi u l-prestazzjoni soċjali filwaqt li rrikonoxxa li m'hemm ebda mudell uniku tajjeb għal kulħadd. Il-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur tas-7 ta' Diċembru 2015 adotta l-konklużjonijiet bħala "parti mill-viżjoni għal klassifikazzjoni A tripla soċjali għall-Ewropa" filwaqt li enfasizza li "għandu jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-governanza soċjali biex jiġu identifikati u indirizzati l-isfidi komuni ewlenin fil-qasam soċjali u tal-impjiegi u xejriet li għandhom jiġu ssorveljati bil-għan li jinkisbu l-objettivi komuni fil-qasam soċjali u tal-impjiegi, inklużi l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020". Għandu jiġi nnutat li, wara t-tħabbira inizjali tagħha, il-Kummissjoni għada ma tat ebda informazzjoni konkreta u strutturata dwar il-progress lejn klassifikazzjoni A tripla soċjali.

– X'inhi d-definizzjoni tal-Kummissjoni ta' klassifikazzjoni A tripla soċjali għall-Ewropa u tista' l-Kummissjoni tagħti dettalji konkreti dwar il-kunċett, il-komponenti tiegħu u l-objettivi sottostanti?

– Liema mekkaniżmi, proċeduri, indikaturi u miri miżurabbli eżistenti jew ġodda - fi ħdan is-Semestru Ewropew jew barra minnu - se tapplika l-Kummissjoni biex tikseb klassifikazzjoni A tripla soċjali u kif se jintużaw dawn l-istrumenti?

– X'inhi l-iskeda dettaljata tagħha biex tasal għal klassifikazzjoni A tripla soċjali?

– Kif se tippromovi l-Kummissjoni konverġenza bbażata fuq standards komuni ta' livell għoli, x'tip ta' riformi u leġiżlazzjoni għandha l-ħsieb li tippromovi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali u kif se timmonitorja l-progress lejn dawn l-istandards u lejn klassifikazzjoni A tripla soċjali b'mod ġenerali?

– Kif se tiżgura l-Kummissjoni li tintlaħaq klassifikazzjoni A tripla soċjali għall-UE kollha u mhux biss għall-unjoni ekonomika u monetarja?