Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Lejn ekonomija ta' suċċess immexxija mid-dejta' (COM(2014)0442)
2.3.2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000040/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Vicky Ford, f'isem il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Il-Kummissjoni kif biħsiebha tiżgura l-ħarsien tal-konsumaturi u ċ-ċittadini fis-suq tal-big data, filwaqt li tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi għan-negozji?
X'azzjoni biħsiebha tieħu l-Kummissjoni, jekk ikun il-każ, sabiex teżamina l-prattiki tas-settur emerġenti tas-servizzi ta' sensarija fil-qasam tad-dejta, bl-għan li żżid it-trasparenza u r-responsabbiltà?
X'passi se jittieħdu biex tiġi aċċellerata d-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi? X'azzjoni se tressaq il-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ l-adozzjoni tal-analitika tal-big data fis-suq, fosthom permezz tal-użu tal-akkwist pubbliku?