Mistoqsija Parlamentari - O-000045/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000045/2016

Rieżami tal-fattur ta' sostenn lill-SMEs

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000045/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Antonio Tajani, Othmar Karas, Burkhard Balz, f'isem il-Grupp PPE

Proċedura : 2016/2652(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000045/2016
Testi mressqa :
O-000045/2016 (B8-0353/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

L-SMEs jirrappreżentaw 99.8 % tal-intrapriżi fl-UE, jiġġeneraw 55 % tal-PDG tal-UE u jimpjegaw madwar 75 miljun ċittadin tal-UE. Wieħed mill-ostakoli ewlenin għat-tkabbir tagħhom huwa l-aċċess għall-finanzi.

Fil-biċċa l-kbira, l-SMEs jibqgħu dipendenti fuq is-self mill-banek biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom. Għal din ir-raġuni, u minħabba ż-żieda tal-piż regolatorju wara l-kriżi finanzjarja, il-fattur ta' tnaqqis kapitali għal self lill-SMEs – l-hekk imsejjaħ fattur ta' sostenn lill-SMEs (SF) – ġie introdott fir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (CRR) sabiex jippermetti lill-istituzzjonijiet ta' kreditu jsaħħu s-self għal dan il-grupp partikolari ta' kumpaniji.

Fid-dawl tar-rieżami perjodiku tal-SF, l-Awtorità Bankarja Ewropea reċentament ikkonkludiet sejħa għal evidenza dwar l-impatt tal-SF fuq is-self mill-banek għall-SMEs. Id-dokument finali, li għandu l-għan li jipprovdi input għar-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq is-self lill-SMEs, huwa mistenni li jiġi ppubblikat fl-ewwel kwart tal-2016.

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, għandna l-mistoqsijiet li ġejjin:

1. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi minn issa valutazzjoni interim li tikkonċerna l-impatt SF fuq is-self mill-banek lill-SMEs?

2. Ir-rapport tal-Kummissjoni ser jeżamina wkoll l-interazzjoni tal-SF ma' rekwiżiti regolatorji oħra, bl-għan li jitnaqqas kwalunkwe piż superfluwu fl-applikazzjoni ta' dan l-istrument?

3. Ir-rapport tal-Kummissjoni ser jivvaluta wkoll il-kalibrazzjoni tal-SF, inklużi d-daqs u limitu, u l-Kummissjoni se tkun tista' tagħti risposta ċara rigward il-kwistjoni dwar jekk l-istrument hux ser jiġi estiż fuq bażi temporanja jew permanenti?